Wikipedija:Abbozz

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Abbrevjazzjonijiet:
WP:STUB
WP:ABBOZZ

Fil-Wikipedija, stub (li huwa terminu ġergali Ingliż) huwa artiklu qasir imma fl-istess ħin iktar ampju minn artiklu ta' dizzjunarju. Però, stub ma jkunx komplut biżżejjed biex jiġi meqjus artiklu ta' enċiklopedija matura.

Werrej

[editja] Definizzjoni

Stub huwa artiklu qasir imma mhux daqshekk qasir li jkun inutli. Mindaqshekk, l-kontenut huwa tant minimu li ma jistgħax jitqies bħala artiklu denju ta' enċiklopedija. Ġeneralment, għandu jkun fih biżżejjed biex jiddefinixxi sew imqar it-titlu ta' l-artiklu. Minkejja li-"definizzjoni" tista tkun biżżejjed biex tikkwalifika artiklu bħala stub, il-Wikipedija mhijiex dizzjunarju.

Artiklu ta' enċiklopedija ifisser il-kunċetti li huma inklużi fit-termini li qed jiġu spjegati, ifittex li jfisser il-kawżi, l-effetti u l-kuntest, u ma jillimitax ruħu għal definizzjoni telegrafika tal-lingwistika.

Allura, normalment, artiklu għandu jkun kompost minn iktar minn frażi waħda, imma ta' min iżomm f'moħħu li t-tul ivarja skond il-wisa' tal-argument li qed jiġi trattat. Għalhekk, artiklu qasir li jiddeskrivi argument mhux kumpless, jista' ma jiġix ikkunsidrat bħala stub.

Fil-każ ta' skedi bijografiċi, dawn għandu jkollhom - minbarra d-data tat-twelid u tal-mewt, il-qasam t'attività fejn is-suġġett tal-bijografija ddistingwa ruħu - u għalinqas frażi waħda li tiġġustifika li l-paġna tidħol f'enċiklopedija.

Jekk dawn il-ħtiġijiet ma jintlaħqux, dan anqas jista' jiġi kkunsidrat bħala stub, u possibilment jista' jkun artiklu ta' dizzjunarju.

Ħafna mill-artikli preżenti fil-Wikipedija huma annotazzjonijiet qosra, ċioè stub, billi ħafna kollaboraturi jibdew artiklu bil-ħsieb li jkompluh u wara jittraskurawh u jieqfu jaħdmu fuqu.

Din id-drawwa mhux ta' min jinkoraġġiha!.

[editja] Eżempju

Tliet eżempju biex nuru x'inhu u kif għandu jkun stub. It-tilu ta' l-artiklu: Ludwig II:

[editja] Applikazzjoni

Meta tara stub, jekk trid u jekk tista' espandi l-artiklu (anzi tkun idea tajba), iżda tinsiex tissenjalah lill-Wikipedjani l-oħra b'dan il-mod:

  1. Fil-kaxxa Sommarju immarka li din il-paġna fiha stub, biex b'hekk tkun tista' tidher fit-Tibdil Riċenti.
  2. Fil-bidu ta' l-artiklu żid:
{{stub}}
b'hekk jidher dan il-messaġġ:

Nota: Din il-paġna mhix stub - il-messaġġ t'hawn fuq qiegħed hawn biss għall-eżempju

u barra minn hekk, jiżjied awtomatikament fil-Kategorija:Stub

[editja] Ara wkoll

Għodda personali
Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn