Brażil

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Repubblika Federattiva tal-Brażil
(PT) República Federativa do Brasil
(PT)  República Federativa do Brasil – Bandiera (PT)  República Federativa do Brasil – Emblema
Mottu: "Ordem e Progresso"
Ordni u Progress
Innu nazzjonali: Hino Nacional Brasileiro

Brazil (orthographic projection).svg
Il-Brażil hija mmarkata bl-aħdar
Belt kapitali Brażilja
15°47′S 47°52′W / 15.783°S 47.867°W / -15.783; -47.867
L-ikbar belt São Paulo
Lingwi uffiċjali Portugiż
Gvern Repubblika kostituzzjonali presidenzjali federali
 -  President Dilma Rousseff
 -  Viċi-President Michel Temer
 -  President tal-
Kamra tad-Deputati
Henrique Eduardo Alves
 -  President tas-Senat Renan Calheiros
 -  President tal-Qorti Federali Suprema Joaquim Barbosa
Indipendenza mir-Renju Unit tal-Portugall, il-Brażil u l-Algarves 
 -  Iddikjarata 7 ta' Settembru, 1822 
 -  Rikonoxxuta 29 ta' Awwissu 1825 
 -  Repubblika 15 ta' Novembru 1889 
 -  Kostituzzjoni attwali 5 ta' Ottubru 1988 
Erja
 -  Total 8,515,767 km2 (5)
3,287,597 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 0.65%
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2012 193,946,886[1] 
 -  Densità 22/km2 (182)
57/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $2.356 triljun[2] (7)
 -  Per capita $11,875[2] (77)
PGD (nominali) stima tal-2008
 -  Total $2.396 triljun[2] (7)
 -  Per capita $12,079[2] (58)
IŻU (2012) 0.730 (għoli) (85)
Valuta Real (BRL)
Żona tal-ħin UTC-43
UTC-33 (sajf) (UTC-4)
TLD tal-internet .br
Kodiċi telefoniku +55
1Il-Kungress Nazzjonali huwa fi Brasília.

Il-Brażil (Portugiż: Brasil), huwa l-akbar pajjiż fl-Amerika Latina. Huwa l-ħames l-ikbar pajjiż fid-dinja, kemm bħala art kif ukoll bħala popolazzjoni, b'iktar minn 193 miljun ruħ. Bl-Oċean Atlantiku fil-Lvant, il-Brażil għandu kosta twila 7,491 km (4,655 mil). Fit-tramuntana għandu tmiss miegħu il-Veneżwela, il-Gujana, is-Surinam u l-Gujana Franċiża; fil-majjistral il-Kolumbja; fil-punent il-Bolivja u l-Peru; fil-lbiċ l-Arġentina u l-Paragwaj u fin-nofsinhar l-Urugwaj. It-territorji Brażiljan għandu ukoll ħafna arċipelagi, fosthom Fernando de Noronha, Rocas Atoll, Saint Peter and Paul Rocks, u Trindade and Martim Vaz. Il-pajjiżi kollha tal-Amerika t'Isfel, barra l-Ekwador u ċ-Ċili, imissu mal-Brażil.

Il-Brażil kien kolonja tal-Portugall mill-wasla ta' Pedro Álvares Cabral fl-1500, sal-1815, meta saret saltna bħala parti mir-Renju Unit tal-Portugal, Brażil u l-Algarvi. Ir-rabta imperjali infatti kienet diġà nqatgħet fl-1808 meta l-belt l-kapitali ta' dan l-Imperu ġiet trasferita minn Liżbona għal Rio de Janeiro, wara li Napuljun invada l-Portugall. L-indipendenza inkisbet fl-1822 bit-twaqqif tal-Imperu tal-Brażil, stat unitarju b'monarkija u sistema parlamentai. Fl-1889 sar repubblika parlamentari wara kolp ta' stat militari. Fl-1988, il-Brażil sar repubblika federali, iffurmara mid-Distrett Federali, 26 Stat u 5,564 Muniċipalità.

L-ekonomija Brażiljana hija s-seba' l-ikbar fid-dinja kemm fil-Prodott Gross Domestiku nominali u kemm fil-parità tal-poter ta' akkwist. Għandu waħda mill-ekonomiji li qed jikbru bl-iżjed rata mgħaġġla u r-riformi ekonomiċi li saru riċentament il-pajjiż kisbulu rikonoxximent u influwenza internazzjonali ħafna iżjed milli kellu.

Etimoloġija[editja | immodifika s-sors]

L-isem "Brażil" ġej mill-pau-brasil (Caesalpinia echinata), siġra li qabel kienet tikber ħafna mal-kosta Brażiljana. Pau bil-Portugiż tfisser "għuda" u brasil jgħidu li ġejja minn brasa, li bil-Portugiż tfisser "ġamra". Billi l-pau-brasil jipproduċi żebgħa ħamra qawwija, dan kien iġib prezz tajjeb fl-industrija tad-drappijiet fl-Ewropa u kien l-ewwel prodott tal-Brażils fruttat kummerċjalment. Matul is-seklu sittax, il-popli indiġeni (l-iktar it-Tupi) kienu jaqtgħu ħafna minn dan l-injam u jbigħuh lin-negozjanti Ewropej (l-aktar Portugiżi, iżda ukoll Franċiżi) u dawn kienu jagħtuhom ħwejjeġ ta' konsum mill-Ewropa.

Fid-dokumenti Portugiżi, l-isem uffiċjali tal-art kien "l-Art tas-Salib Imqaddes" imma l-baħrin u kummerċjanti Ewropej kienu jsibuha bħala "l-Art tal-Brażil" (Terra do Brasil) minħabba n-negozju tal-Pau-Brasil. Xi baħrin tal-bidu kienu jsejħulha ukoll "l-Art tal-Pappagalli" (Terra di Papaga).

Fl-ilsien Guarani, il-Brażil jissejjaħ "Pindorama". Dan kien l-isem li l-popolazzjoni indiġena tat lir-reġjun, u jfisser "l-art tas-siġar tal-palm".

Storja[editja | immodifika s-sors]

Storja Pre-kolonjali[editja | immodifika s-sors]

L-eqdem fuħħar li nstab fl-Emisfera tal-Punent, għandu 8,000 sena, u ġie skavat fil-baċin tal-Amażonja fil-Brażil, qrib Santarem tal-lum, u hekk intwera li r-reġjun tal-foresta tropikali kellu kultura presitorika kumplessa; fir-reġjun kienu jgħixu mijiet ta' tribujiet nativi, bl-eqdem wieħed imur lura 10,000 sena fl-inħawi muntanjużi ta' Minas Gerais. It-territorju ta' dak li llum huwa l-Brażil kellu daqs 2,000 tribù, ħafna minnhom semi-nomadiċi li kienu jgħixu mill-kaċċa, sajd, ġbir ta' frott u agrikultura staġonali.

Il-popolazzjoni indiġena tal-Brażil kienet maqsum f'nazzjonijiet magħmula minn ħafna gruppi etnċi fosthom it-Tupi, il-Guaranì, il-Gês u l-Arawaki. Qabel ma waslu l-Ewropej, dawn kienu jissieltu ħafna bejniethom, minħabba differenzi kulturali, lingwistiċi u morali. Dawn kienu jispiċċaw fi gwerer kbar fuq l-art u fuq il-baħar, u b'kannibaliżmu ritwali fuq il-priġunieri tal-gwerra.

Meta waslu l-Portugiżi fl-1500 lin-nativi rawhom bħala "slavaġ tajba", u mill-ewwel bdew jitħalltu fiż-żwieġ magħhom. Il-ġlied tribali, il-kannibaliżmu u t-tfittxija għall-brazilwood wasslu lill-Portugiżi biex jikkonvinċu ruħhom li kellhom jiċċivilizzaw il-popolazzjoni indiġena. Iżda l-Portugiżi, bla ma kienu jafu ġabu l-mard magħhom, li kontrieh in-nies indiġeni ma setgħu jagħmlu xejn għax ma kinux immuni minnu. Ħosba, ġidri, tuberkolożi, gonorrea, u influwenza qatlu għaxriet ta' eluf. Dan il-mard infirex mar-rotot kollha kummerċjali tal-indiġeni, u tribujiet sħaħ inqerdu bla ma qatt kienu ġew f'kuntatt dirett mal-Ewropej.

Il-Kolonizzazzjoni Portugiża[editja | immodifika s-sors]

L-Imperu Portugiż okkupa l-Brażil fit-22 ta' April 1500, bil-wasla tal-flotta Portugiża mmexxija minn Pedro Álvares Cabral. Il-Portugiżi ltaqgħu ma' popli indiġeni maqsumin f'ħafna tribuijiet. Minkejja li l-ewwel insedjament sar fl-1532, il-kolonizzazzjoni vera bdiet fl-1534, meta r-Re Dom João III tal-Portugal qasam it-territorju fi tnax -il Kolonja Awtonoma. Fl-1549 saret struttura ġdida u nħoloq il-Gvern Ġenerali tal-Brażil, kolonja waħda ċentralizzata. Fl-ewwel żewġ sekli l-indiġeni u l-Ewropej għexu fi ġlied kontinwu u meta kienu jagħmlu alleanza dan kien biex japprofittawhom ruħhom minn xulxin.

Minn nofs is-seklu sittax, iz-zokkor sar l-iktar prodott komuni ta' esportazzjoni, u l-iskjavi suwed Afrikani saru l-ikbar importazzjoni biex jaħdmu fil-pjantaġġuni tal-kannamieli taz-zokkor. Fi tmiem is-seklu sbatax l-esportazzjoni taz-zokkor bdiet tonqos u l-iskopertà tad-deheb mill-bandeirantes saret is-sinsla l-ġdida tal-ekonomija Brażiljana, u wasslet għall-Ġirja għad-Deheb u ġabet eluf ta' abitanti ġodda mill-Portugal u mill-kolonji tagħha. F'din l-era, ħakmiet oħra Ewropej ppruvaw jikkolonizzaw partijiet mill-Brażil, li iżda l-Portugiżi ma ħallewx, fosthom il-Franċiżi f'Rio f'nofs is-seklu sittax, f'Maranhão fil-bidu tas-seklu sbatax, u l-Olandiżi f'Bahia u Pernambuco, fil-Gwerra bejn l-Olandiżi u l-Portugiżi, fi tmiem l-Unjoni Iberika.

Biex il-Portugiżi jibqgħu jżommu l-monopolju fil-Brażil huma għamlu minn kollox biex irażżnu u jeqirdu r-ribelljonijiet u r-reżistenza tal-ilsiera, kif ġara fil-Quilombo dos Palmares fis-seklu sbatax, kif ukoll irażżnu kull moviment għall-awtonomija jew independenza, bħal fil-Kumplott ta' Minas fi tmiem is-seklu tmintax.

Referenzi[editja | immodifika s-sors]