Lesoto

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Bandiera tal-Lesoto
Lokalità tal-Lesoto fil-kontinent Afrikan

Il-Lesoto, magħruf uffiċjalment bħala r-Renju tal-Lesoto, huwa stat interkjuż fl-Afrika kompletament imdawwar mill-uniku pajjiż ġar tiegħu, l-Afrika t'Isfel. Huwa pajjiż mingħajr żbokk għall-baħar u enklav fit-territorju tal-Afrika t'Isfel.

Il-Lesoto għandu popolazzjoni ta' madwar 2,067,000 ruħ f'erja li tlaħħaq it-30,000 kilometru kwadru. Madwar 40% tal-popolazzjoni jgħixu taħt l-linja ta' faqar ta' 1.25 dollari Amerikani kuljum. Il-belt kapitali hija Maseru, u l-pajjiż huwa membru tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet.

L-isem "Lesoto" huwa mibni (skont skema tipika tal-lingwi Bantu) mil-prefiss le- quddiem l-għerq sotho, li jfisser "l-art tal-poplu li jitkellem is-Sotho.

Ħoloq esterni[editja | immodifika s-sors]