Slovakkja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Repubblika Slovakka
Slovenská republika
Slovenská republika – Bandiera Slovenská republika – Emblema
Innu nazzjonali: "Nad Tatrou sa blýska"
Sajjetti Madwar it-Tatras
EU-Slovakia.svg
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Bratislava
48°09′N 17°07′E / 48.15°N 17.117°E / 48.15; 17.117
Lingwi uffiċjali Slovakk
Gvern Repubblika parlamentari
 -  President Andrej Kiska
 -  Prim Ministru Robert Fico
Indipendenza
 -  mill-Awstrija–Ungerija
(bħala parti miċ-Ċekoslovakkja)
28 ta' Ottubru 1918 
 -  miċ-Ċekoslovakkja 1 ta' Jannar 19931 
Erja
 -  Total 49,035 km2 (129)
18,932 mil kwadru 
 -  Ilma (%) negliġibbli
Popolazzjoni
 -  stima tal-2012 5,410,836[1] (115)
 -  ċensiment tal-2011 5,397,036 
 -  Densità 111/km2 (88)
287/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $132.384 biljun[2] 
 -  Per capita $24,284[2] 
PGD (nominali) stima tal-2013
 -  Total $91.186 biljun[2] 
 -  Per capita $16,726[2] 
IŻU (2013) Increase 0.840[3] (għoli) (35)
Valuta Ewro () (EUR)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
TLD tal-internet .sk2
Kodiċi telefoniku +421
1 Iċ-Ċekoslovakkja inqasmet fir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja; ara Divorzju Velvet.
2 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Is-Slovakkja (en-us-Slovakia.ogg sloʊˈvɑːkiə ; Slovakk: Sk-Slovensko.ogg Slovensko ), uffiċjalment ir-Repubblika Slovakka (Slovakk: Slovenská republika), hija pajjiż interkjuż fl-Ewropa Ċentrali.[4][5] Il-pajjiż għandhu popolazzjoni ta' aktar minn ħames miljuni u erja ta' madwar 49,000 kilometru kwadru (19,000 mi kw). Is-Slovakkja hija mdawra mir-Repubblika Ċeka u l-Awstrija lejn il-punent, il-Polonja lejn it-tramuntana, l-Ukraina lejn il-lvant u l-Ungerija fin-nofsinhar. L-akbar belt hija l-kapitali, Bratislava, u t-tieni l-akbar hija Košice. Is-Slovakkja hija stat membru tal-Unjoni Ewropea, tan-NATO, tal-Ġnus Magħquda, l-OECD u L-WTO fost oħrajn. Il-lingwa uffiċjali hija s-Slovakk, membru tal-familja tal-Lingwi Slavi.

Is-Slavi waslu fit-territorju li llum il-ġurnata msejjaħ Slovakkja fis-sekli 5 u 6 matul il-perijodu ta' emigrazzjoni. Matul l-istorja, diversi partijiet tas-Slovakkja tal-lum kienu ikkontrollati mill-Imperu ta' Samo (l-ewwel unità politika magħrufa tas-Slavi), il-Prinċipalità ta' Nitra (bħala entità indipendenti, bħala parti tal-Gran Moravja u bħala parti mir-Renju Ungeriż), il-Gran Moravja, ir-Renju tal-Ungerija,[6] l-Imperu Awstro-Ungeriż jew l-Imperu Habsburg, u ċ-Ċekoslovakkja. L-iStat Slovakk separat eżista għal mien qasir fit-Tieni Gwerra Dinjija, li matulha s-Slovakkja kienet dipendenza tal-Ġermanja Nażista bejn l-1939 u l-1944. Mill-1945, is-Slovakkja għal darb'oħra saret parti miċ-Ċekoslovakkja. Is-Slovakkja saret stat indipendenti fl-1 ta' Jannar 1993 wara x-xoljiment paċifiku taċ-Ċekoslovakkja.

Referenzi[editja | immodifika s-sors]

  1. ^ Statistiċi Slovakkja. 3 ta' Ġunju 2013.
  2. ^ a b c d Slovakkja. International Monetary Fund
  3. ^ Human Development Report 2013. Ġnus Magħquda, 2013
  4. ^ Austrian Foreign Ministry
  5. ^ UNHCR regional classification. UNHCR
  6. ^ Encyclopedia of Russian & Slavic myth and legend, ABC-CLIO, 1998. ISBN 1-57607-130-8, 9781576071304