Iżlanda

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Repubblika tal-Iżlanda
Lýðveldið Ísland
Lýðveldið Ísland – Bandiera Lýðveldið Ísland – Emblema
Innu nazzjonali: Lofsöngur
Innu

Europe-Iceland.svg
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Rejkjavik
64°08′N 21°56′W / 64.133°N 21.933°W / 64.133; -21.933
Lingwi uffiċjali Iżlandiż
Gvern Repubblika kostituzzjonali parlamentari unitarja
 -  President Ólafur Ragnar Grímsson
 -  Prim Ministru Sigmundur Davíð Gunnlaugsson
 -  Kelliem tal-Althing Einar Kristinn Guðfinnsson
Stabbiliment
 -  Soluzzjoni Seklu 9 
 -  Commonwealth 930–1262 
 -  Unjoni man-Norveġja 1262–1814 
 -  Monarkija Daniża 1380–1944 
 -  Kostituzzjoni 5 ta' Jannar 1874 
 -  Renju tal-Iżlanda 1 ta' Diċembru 1918 
 -  Repubblika 17 ta' Ġunju 1944 
Erja
 -  Total 103,001 km2 (108)
39,770 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 2.7
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2013 321,857[1] 
 -  Densità 3.1/km2 (232)
7.5/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $12.831 biljun[2] 
 -  Per capita $39,223[2] 
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $13.654 biljun[2] 
 -  Per capita $41,739[2] 
IŻU (2013) Increase 0.906[3] (għoli ħafna) (13)
Valuta Korona Iżlandiża (ISK)
Żona tal-ħin GMT (UTC+0)
TLD tal-internet .is
Kodiċi telefoniku +354

L-Iżlanda, uffiċjalment magħrufa bħala r-Repubblika tal-Iżlanda, huwa pajjiż Nordiku iżolat għal kollox minn mal-kumplament tal-Unjoni Ewropea. Din il-gżira mbiegħda tinsab fil-konfluwenza tat-tramuntana tal-Oċean Atlantiku u l-Oċeani Artiċi fuq in-naħa Atlantika mezzana.[4] Il-popolazzjoni ta' dan il-pajjiż hija ta' madwar it-320,000 ruħ u l-erja totali tal-art hija ta' 103,000 kilometru kwadru, li tagħmilha l-inqas art ippopolata fl-Ewropa.[5] Rejkjavik hi l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-pajjiż.[6] Fil-postijiet tal-madwar fir-reġjun tal-ilbiċ tal-pajjiż joqogħdu żewġ terzi tal-popolazzjoni. Il-belt kapitali ta' dan in-nazzjon hija l-iktar belt li tinsab mibnija f'altitudni għolja fid-dinja. L-Iżlanda hija magħrufa għall-attività vulkanika u ġeolika tagħha. L-interjur jikkonsisti minn pjanura kkaretterizzata mir-ramel u mill-għelieqi tal-lava, muntanji u glaċieri, waqt li bosta xmajjar glaċjali jogħlew sal-baħar mill-artijiet il-baxxi. L-Iżlanda jirnexxilha iżżomm it-temperatura tagħha sħuna permezz tal-Golf Influss u jingħad li l-Iżlanda għandha klima moderata minkejja l-altitudni għolja 'l barra miċ-Ċirku Artiku.

Skont Landnámabók, in-nies bdew jgħixu fuq dan il-pajjiż Nordiku sa mis-sena 847 WK meta l-kmandant Ingólfr Arnarson sar l-ewwel abitant permanenti ta' entiċità Norveġiża.[7] Oħrajn kienu żaru l-gżira qabel u qagħdu hemmhekk sakemm tgħaddi x-xitwa kiefra. Matul is-sekli li ġejjin, in-Norveġiżi abitaw lill-Iżlanda u ġabu magħhom xi oġġetti ta' oriġini Gaeliku. Mill-1262 sal-1918, l-Iżlanda kienet tifforma parti integrali min-Norveġja, u iktar tard parti mill-monarkiji Daniżi. Il-pajjiż attribwixxa l-indipendenza tiegħu fl-1918 u beda jissejjaħ Repubblika sa mill-1944. Sas-seklu għoxrin, il-popolazzjoni Iżlandiża kienet tiddependi ħafna fuq is-sajd u l-agrikultura (voldieri l-produzzjoni ta' ħaxix u frott) u l-pajjiż kien meqjus bħala wieħed mill-iktar nazzjonijiet foqra u l-inqas avvanzati fid-dinja. L-industrijalizzazzjoni tal-pixkeriji u l-għajnuna mogħtija mingħand il-Pjan Marshall ġabet il-prosperità fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija, u sal-1990, l-Iżlanda rnexxielha ssir waħda mill-iktar pajjiżi sinjuri u żviluppati fid-dinja. Fl-1994, l-Iżlanda ssieħbet maż-Żona Ekonomika Ewropea, li fetħet lok għall-ekonomija sabiex tiddiversifika f'servizzi ekonomiċi u finanzjarji.

L-ekonomija tas-suq tal-Iżlanda hija waħda ħielsa, b'taxxi korporattivi li huma relattivament baxxi meta huma kkumparati ma' nazzjonijiet oħra tal-OECD[8], filwaqt li tinżamm sistema benesseri Nordika li tipprovdi l-kura tas-saħħa b'mod universali flimkien mal-edukazzjoni terzjarja għaċ-ċittadini tagħha.[9] Fl-2013, l-indiċi tan-nazzjonijiet unuti rigward l-iżvilupp tal-bniedem qiegħed lill-Iżlanda fit-tlettax-il post fejn ingħatat il-mertu preġjattiv tal-iktar nazzjon żviluppat fid-dinja.[3] Però sabiex wieħed jasal fejn qiegħed illum jinħtieġlu li jgħaddi mill-iktar triq diffiċli minħabba l-falliment bankarju tal-2008, din il-problema kkawżat ħafna inkwiet politiku. Fid-dawl tal-kriżi, l-Iżlandiżi ħasbu biex jikkontrollaw il-kapital tagħhom, żball ieħor li pprojbixxa lill-poplu milli jiġbed flusu minn diversi fergħat tal-bank.[10] Għalkemm huma temporanji, il-kontrolli jibqgħu u huma fost l-ikbar ostakli għall-ksib tal-interessi nazzjonali fl-ekonomija Iżlandiża. Ir-rankatura tal-Iżlanda hija waħda għolja fl-istabilità ekonomika u politika, minkejja l-fatt li dawn l-oqsma għadhom għaddejjin minn proċess ta' rikoverazzjoni mill-kriżi finanzjarja 2008. L-ugwaljanza bejn is-sessi hija apprezzatta ħafna fl-Iżlanda, infatti fir-rapport globali tal-2012, li jitkellem rigward l-ugwaljanza, l-Iżlanda tokkupa l-ewwel post, segwita mill-Finlandja, mill-Iżvezja u min-Norveġja.[11]

Il-kultura Iżlandiża hija bbażata fuq il-wirt Nordiku li jipposjedi dan il-pajjiż. Bosta Iżlandiżi huma d-dixxendenti ta' abitanti Norveġiżi u Galejeċi. L-ilsien Iżlandiż huwa lsien Nord-Ġermaniku u huwa d-dixxendent dirett tal-ilsien qadim li kienu jitħaddtu bih in-Norveġiżi. L-Iżlandiż jixbah ħafna lill-Faroiż li huwa mitkellem fuq il-Gżejjer Foroe, u jixxiebah mad-djaletti Norveġiż tal-punent. Il-wirt kulturali tal-pajjiż jinkludi l-kċina tradizzjonali Iżlandiża, il-poeżiji u s-Sagas Iżlandiżi li ġejjin miż-żminijiet medjevali. Fost il-membri tan-NATO, l-iżlanda għandha l-iċken popolazzjoni u hija l-uniku nazzjon li m'għandux armata permanenti però wieħed jista' jsib armata gwardjana u difenditriċi mal-kosti Iżlandiżi.

Medju-Evu[editja | immodifika s-sors]

L-isforzi u l-kunflitti ċivili tal-era ta' Sturlung wasslu għall-iffirmar tal-patt il-qadim ta' Covenant (Old Covenant) fl-1262, li temm il-Commonwealth u ġab lill-Iżlanda taħt id-dominju Norveġiż. Il-pussess tal-Iżlanda ġie mgħoddi lill-Unjoni Kalmarja fl-1415, meta r-renji tan-Norveġja, tad-Danimarka u tal-Iżvezja kienu uniti. Wara d-diviżjoni tal-unjoni fl-1523, il-gżira baqgħet tiddependi fuq in-Norveġja, bħala parti mid-Danimarka-Norveġja. Fis-sekli segwenti, l-Iżlanda kienet saret waħda mill-ifqar pajjiżi tal-Ewropa. Ħamrija infertili, eruzzjonijiet vulkaniċi, deforestazzjoni u l-klima diffiċli magħmula għal ħajja ħarxa f'soċjetà fejn is-sussistenza kienet kważi tiddependi fuq l-agrikultura biss. Il-mewta s-sewda laqtet lill-Iżlanda darbtejn, l-ewwel darba fl-1402–04 u t-tieni darba fl-1494–95.L-ewwel waħda qatlet 50 sa 60% tal-popolazzjoni,filwaqt li l-aħħar waħda qatlet madwar 30 sa 50% tal-popolazzjoni Iżlandiża.

Lingwa[editja | immodifika s-sors]

L-Ilsien Iżlandiż huwa meqjus bħala l-ilsien uffiċjali ta' dan in-nazzjon, lingwa miktuba u mitkellma li hija mnissla direttament mill-ilsien Norveġiż. Il-grammatika u l-vokabularju ta' dan l-ilsien ma tantx jidhru li nbidlu meta wieħed jikkunsidra l-ilsien li kienu jitkellmu bih il-Vikingi Norveġiżi fil-passat u l-lingwi Nordiċi l-oħra. L-Iżlandiż irnexxielu jippreserva iktar verbi u l-inflessjoni tan-nom, u sa ċertu punt irnexxielu jiżviluppa vokabularju ġdid ibbażat fuq għeruq nattivi, minflokk ġie missellef kliem ieħor minn lingwi oħra. It-tendenza puristika li nsibu fl-iżvilupp tal-vokabularju Iżlandiż hija ġejja mill-ippjanar lingwistiku li sar matul il-medda taż-żminijiet b'mod konxju, minkejja sekli sħaħ ta' Iżolament, maqtugħin mill-umanità. L-Iżlandiż huwa l-uniku lsien ħaj li żamm l-użu tal-ittra Runika: Þ, b'kitba Latina. L-eqreb ilsien tal-Iżlandiż huwa lsien Ġermaniku ieħor, il-Faroiż.

L-Ingliż u d-Daniż huma meqjusin bħala suġġetti obbligatorji li qegħdin fil-kurrikulu skolastiku ta' dan in-nazzjon. Iż-żewġ lingwi huma mifhuma u mitkellma.[12] Lingwi oħra li huma mitħaddta frekwentament jinkludu: Il-Faroiż, Il-Ġermaniż, in-Norveġiż u l-Iżvediż. Id-Daniż huwa mitkellem tant li saħansitra huwa mifhum min-Norveġiżi u mill-Iżvediżi, mlaqqma bħala Skandinavi fl-Iżlanda.[13]

L-Iżlandiżi jagħmlu użu minn żewġ tipi ta' sistemi partikolari li jgħinu fil-kostruzzjoni ta' ismijiet ġodda, sistemi li jmorru kontra s-sistemi użati minn bosta nazzjonijiet Ewropej, dawn is-sistemi mħaddma huma: Patronimiċi u Matronimiċi. Is-sistema Patronimika u Matronimiki jsegwu l-isem mogħti lill-persuna kkonċernata, eż: Elísabet Jónsdóttir ("Elísabet, bint Jón's") jew Ólafur Katrínarson ("Ólafur, iben Katrín"). Konsegwentament l-Iżlandiżi jirriferu għal xulxin permezz tal-ewwel isem biss meta jidħlu f'konversazzjoni ma' individwu ieħor li jipprattika l-istess kultura , u tajjeb li ngħidu wkoll li d-direttorju tat-telefonu Iżlandiż, jelenka l-ismijiet alfabetikament bl-ewwel isem minflokk bil-kunjom sistematiku.

Il-Librerija Universitarja fl-Iżlanda

Letteratura[editja | immodifika s-sors]

Ix-xogħolijiet letterarji klassiċi konoxxuti fl-Iżlanda huma s-Sagas Iżlandiżi u l-proża epika li tmur lura għal dak iż-żmien meta l-Iżlanda kellha ġens li setgħet tibda ssejjaħlu tagħha. Però l-iktar letteraturi famużi huma s-saga ta' Njáls , li tittratta vendetta epika u mdemmija, kif ukoll is-saga tal-Grænlendinga u s-saga ta' Eiríks, li jiddeskrivu l-iskoperta u l-abitazzjoni tal-Grinlandja u l-Vinlandja (li llum hija magħrufa bħala Newfoundland). Is-saga ta' Egils, ta' Laxdæla, ta' Grettis , ta' Gísla u s-saga ta' Gunnlaugs ormstungu huma sagas Iżlandiżi notevoli u popolari ukoll. It-traduzzjoni tal-Bibbja li ġiet ippubblikata fis-seklu sittax. Il-kompożizzjonijiet importanti li nkitbu mis-seklu ħmistax sas-seklu dsatax jinkludu versi sagri, l-iktar famużi jkunu l-innijiet tal-passjoni ta' Hallgrímur Pétusson, u ta' rímur fejn insibu għadd ta' poeżiji epiċi iżda wkoll ritmiċi. B'dawn il-poeżiji li oriġinaw fis-seklu 14, ir-Rimuri kienu popolari fis-seklu 19, fejn l-iżvilupp tal-forom letterarji ġodda kien ipprovakat mill-awtur Romantiku-nazzjonali, Jónas Hallgrímsson. Fiż-żminijiet riċenti, l-Iżlanda pproduċiet bosta kittieba grandjużi, wieħed mill-iktar magħrufa huwa Halldór Laxness, li rċieva l-premju nobel fil-letteratura fl-1955 ( Li s'issa huwa l-uniku Iżlandiż li rnexxielu jirbaħ premju nobel). Steinn Steinarr kien il-poeta li xerred l-influwenza tal-letteratura moderna matul il-bidu tas-seklu għoxrin, pass progressiv li għamlu popolari sal-lum il-ġurnata minkejja l-fatt li m'għadux ħaj (Twieled: fit-13 ta' Ottubru tal-1908 - Miet: fil-25 ta' Mejju tal-1958).

L-Iżlandiżi huma fanatiċi tal-letteratura, bl-ogħla numru ta' ħwienet tal-kotba għal kull kapita fid-dinja. Minkejja d-daqs tagħha l-Iżlanda timporta u tittraduċi iktar letteratura internazzjonali minn kwalunkwe pajjiż ieħor. L-Iżlanda għandha l-ogħla rata ta' pubblikazzjoni ta' kotba u rivisti per kapita wkoll, u jista' jingħad li madwar 10% tal-popolazzjoni sejra tippubblika xi ktieb matul il-korsa ta' ħajjitha.

Din il-mappa qiegħda tirrappreżenta l-bosta għoljiet eżistenti fuq il-gżira tal-Iżlanda

Ġeografija[editja | immodifika s-sors]

L-Iżlanda tinsab f'pożizzjoni speċifika xi mkien fejn l-oċean Atlantiku u l-oċean Artiku. Il-gżira prinċipali tinsab kompletament lejn in-nofsinhar taċ-ċirku Artiku, li jgħaddi mill-gżejra Iżlandiża ta' Grimsey 'il barra mill-kosta Nordika tal-gżira prinċipali. Il-pajjiż jinsab bejn il-latitudnijiet 63° u 67° T, kif ukoll bejn il-lonġitudnijiet 25° u 13° P. L-Iżlanda hija ferm eqreb tal-Ewropa kontinentali milli tal-Amerika ta' fuq, allura, il-gżira hija ġeneralment deskritta bħala stat Ewropew minħabba raġunijiet Storiċi, Politiċi, Kulturali u prattiċi. Ġeoloġikalment il-gżira tinkludi partijiet ta' żewġ pjanċi kontinentali. L-eqreb medda ta' art li tinsab viċin ta' dan il-pajjiż hija l-Grinlandja, li qiegħda 290 kilometru 'l bogħod u l-eqreb meded ta' art li jifformaw parti intrinsika mill-kontinent Ewropew huma l-gżejjer tal-Faroe (420 kilometru), Il-gżira ta' Jan Mayen (570 kilometru); Shetland u l-ebridi esterni, li t-tnejn huma madwar (740 kilometru); L-art prinċipali tal-Iskozja u Orkney, li jinsabu fid-distanza ta' (750 kilometru) u l-art prinċipali tan-Norveġja li qiegħda madwar 970 kilometru 'l bogħod.

L-Iżlanda hija kklassifikata bħala t-tmintax l-ikbar gżira fid-dinja, u bħala t-tieni l-ikbar gżira fl-Ewropa wara l-Gran Brittanja. Id-daqs ta' din il-gżira huwa ta' 101,826 kilometru kwadru, iżda l-kumplament tal-gżira tesa' daqs 103,000 kilometru kwadru, fejn 62.7% huwa tundra. B'kollox hemm tletin gżira ta' daqs minuri li jaqgħu taħt id-dominju tal-Iżlanda, dawn huma Grimsey u l-apċipelagu ta' Vestmannaeyjar li jospitaw popolazzjonijiet zgħar. Il-Lagi u l-glaċieri jkopru madwar 14.3% mill-wiċċ ta' din il-gżira, fejn 23% biss jipposjedu xi tip ta' veġetazzjoni li tinsab imminenti tagħhom. L-ikbar lagi huma Þórisvatn (Ġibjun): ta' 83–88 kilometru kwadru u Þingvallavatn ta' 82 kilometru kwadru, Lagi oħra li huma meqjusin importanti huma: Lagarfljót u Mývatn. Jökulsárlón huwa l-iktar lag fond, b'fond li jlaħħaq għal madwar il-248 metru. Ġeoloġikament, l-Iżlanda hija parti mix-xifer mid-Atlantiku, xifer naturali ma' fejn tinfirex il-qoxra oċeanika sabiex tkun tista' tiġi ffurmata qoxra oċeanika ġdida. Din il-parti tax-xifer tal-oċean mezzan tinsab fuq mantle plume u għalhekk dan il-fattur jagħmel lill-Iżlanda subarjali, voldieri ('il fuq mill-wiċċ tal-baħar). Ix-xifer jimmarka l-fruntiera bejn il-plattini tetoniċi tal-Ewrasja u tal-Amerika, u tajjeb li ngħidu wkoll li l-Iżlanda ġiet ikkreata permezz tal-formazzjoni kontinwa ta' bosta qasmiet territorjali li ġew megħjuna permezz tal-veloċità qerrieda iżda benefiċjarja tal-vulkaniżmu li seħħ max-xifer tal-gżira.

L-Iżlanda għandha tliet parkijiet nazzjonali, dawn huma: Il-park nazzjonali ta' Vatnajökull, il-park nazzjonali ta' Snæfellsjökull,u l-park nazzjonali ta' Þingvellir. Il-pajjiż huwa kkunsidrat bħala parteċipant b'saħħtu fejn tidħol il-protezzjoni tal-ambjent, infatti l-Iżlanda tinsab ikklassifikata fit-tlettax-il post għall-prestazzjoni eċċellenti tal-ambjent li huwa mogħni bih il-pajjiż għax fl-aħħar mill-aħħar l-għallmu kollu li qiegħed jagħmel dan il-pajjiż huwa ġest umli li jinħtieġlu kull rispett u apprezzament.

Ġeoloġija[editja | immodifika s-sors]

L-Iżlanda hija art li għadha ġeoloġikament żagħżugħa. L-Iżlanda tinsab kemm fuq ix-xifer tagħha nfisha kif ukoll fuq dak Mid-Atlantiku, li jittraversa dritt minn ġol-art. Din il-lokazzjoni tqiegħed lill-Iżlanda f'pożizzjoni ġeoloġika ferm attiva b'ħafna vulkani, bħal: Hekla, Eldgjá, Herðubreið u Eldfell. L-eruzzjoni vulkanika ta' Laki fl-1783–1784 ikkawżat ġuħ kbir li kien kważi qatel kwart mill-popolazzjoni tal-gżira, l-eruzzjoni kienet ikkawżat il-formazzjoni ta' sħab bit-trab, kif ukoll ċpar totali li deher minn bosta postijiet Ewropej u minn ċerti artijiet Afrikani u Asjatiċi, din in-nuqqas ta' viżibilità damet għal diversi xhur. L-Iżlanda għandha ħafna Gejżers, inkluż Geysir, minn fejn hija mnissla l-kelma Ingliża u l-famuż Strokkur li jiżbroffa kull 5-10 minuti. Wara fażi ta' inattività Geysir beda jerġa' jiżbroffa wara serje ta' terremoti li seħħew fis-sena 2000. Il-Gejżer ma baqax jiżbroffa regolarment wara l-jum meta seħħew it-terremoti.

Il-Lag Glaċjali - ta' Jökulsárlón fl-Iżlanda

Klima[editja | immodifika s-sors]

Il-klima tal-kosta Iżlandiża hija waħda oċeanika b'temperaturi sotto-polari. Il-kurrent Atlantiku tat-tramuntana huwa sħun, dan sabiex jiġu assigurati temperaturi annwali ogħla iktar minn bosta postijiet oħra li jinsabu fuq l-istess latitudni fid-dinja. Xi reġjuni fid-dinja li jipposjedu klima simili huma: l-gżejjer ta' Aleutian, il-peniżola tal-Alaska u Tierra del Fuego, minkejja l-fatt li dawn ir-reġjuni jinsabu viċin tal-ekwatur fejn it-tempertura għandha tkun ferm ogħla minn dik ta' pajjiżi Nordiċi bħalma huma l-Iżvezja u n-Norveġja. Minkejja l-prossimità tal-gżejjer mal-Artiku, il-kosti tal-gżejjer jibqgħu liberi mis-silġ matul l-istaġun tax-xitwa. L-inkursjonijiet tas-silġ huma rari, infatti l-aħħar waħda seħħet fuq il-kosta tat-tramuntana fl-1969.

Wieħed għandu mnejn jinduna bil-varjazzjonijiet li jeżistu fit-temperatura f'bosta partijiet differenti tal-gżira. Inġenerali, il-kosta tan-nofsinhar hija ferm iktar sħuna, umduża u bir-riħ minn dik tat-tramuntana. L-għoljiet ċentrali jistgħu jitqiesu bħala l-iktar partijiet kesħin tal-pajjiż. Dawk l-oqsma interni li jinsabu f'livell baxx fit-tramuntana huma meqjusin bħala l-iktar postijiet aridi. L-inżul tal-borra fix-xitwa huwa avveniment iktar frekwenti fit-tramuntana milli fin-nofsinhar. L-ogħla temperatura rreġistrata kienet ta' 30.5 °C fit-22 ta' Ġunju tal-1939 f'Teigarhorn li tinsab ħdejn il-kosta tan-nofsinhar-lvant. L-inqas temperatura rreġistrata fil-pajjiż kienet ta' 38 °C taħt iż-żero (−36.4 °F) fit-22 ta' Jannar tal-1918, f'Grímsstaðir u f'Möðrudalur' fil-ħinterland tal-Grigal. It-temperaturi rrikordjati għal-lokalità ta' Reykjavík huma ta' 26.2 °C fit-tletin ta' Lulju tal-2008, u −24.5 °C fil-wieħed u għoxrin ta' Jannar tal-1918.

Nuvola apps kweather.svg Medji tat-temperaturi għal Rejkjavik, Iżlanda Weather-rain-thunderstorm.svg
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ
Medja tal-ogħla temperatura °C (°F) 1.9
(35)
2.8
(37)
3.2
(38)
5.7
(42)
9.4
(49)
11.7
(53)
13.3
(56)
13.0
(55)
10.1
(50)
6.8
(44)
3.4
(38)
12.2
(54)
Medja tal-inqas temperatura °C (°F) −3.0
(27)
−2.1
(28)
−2.0
(28)
0.4
(33)
3.6
(38)
6.7
(44)
8.3
(47)
7.9
(46)
5.0
(41)
2.2
(36)
−1.3
(30)
−2.8
(27)
Sors #1: {{{sors1}}}

Referenzi[editja | immodifika s-sors]

  1. ^ Statistics Iceland:Key figures. Statistics Iceland, 1 ta' Ottubru 2002
  2. ^ a b c d Iżlanda. International Monetary Fund
  3. ^ a b Human Development Report 2013. Nazzjonijiet Uniti, 2013
  4. ^ Central Intelligence Agency. (Ingliż) CIA – The World Fact book – Iceland. United States Government, 20 ta' Lulju 2006
  5. ^ Statistics Iceland. (Ingliż) Statistics Iceland. The National Statistical Institute of Iceland, 14 ta' Settembru 2008
  6. ^ Don Young, Reykjavik Iceland & its Surroundings, Hunter Publishing, Inc, 2009. ISBN 978-1-58843-798-3
  7. ^ Iceland, the first new society, U of Minnesota Press, 1980. ISBN 0-8166-0913-6
  8. ^ OECD Tax Database. Oecd.org
  9. ^ The Icelandic Welfare State and the Conditions of Children. borg.hi.is, 12 ta' Mejju 2004
  10. ^ (Ingliż) Fundforpeace.org. Failed States Index (2011). Fundforpeace.org, 19-5-2012
  11. ^ The Global Gender Gap Report 2012. Www3.weforum.org
  12. ^ (Ingliż) Icelandic Language. icelandexport.is
  13. ^ Heimur – Útgáfufyrirtækið. Heimur.is