Franza

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Repubblika ta' Franza
Repubblika ta' Franza – Bandiera Repubblika ta' Franza – Emblema
Mottu: Liberté, Égalité, Fraternité
“Libertà, Ugwaljanza, Fraternità”
Innu nazzjonali: La Marseillaise
EU-France.svg
Pożizzjoni ta' Franza (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur)
Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Pariġi
48°52′N 2°19.59′E / 48.867°N 2.3265°E / 48.867; 2.3265
Lingwi uffiċjali Franċiż
Gruppi etniċi  Franċiżi
Gvern Repubblika semipresidenzjali
 -  President François Hollande
 -  Prim Ministru Manuel Valls
Leġislatura Parlament
Formazzjoni
 -  L-Ewwel Repubblika Franċiża 1792 
 -  Kostituzzjoni attwali 1958 
Sħubija fl-UE 25 ta' Marzu, 1957
Erja
 -  Total 674,843 km2 (40)
260,558 mil kwadru 
 -  Densità 115/km2 (89)
297/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2008
 -  Total $2.086 triljun[1] 
 -  Per capita $33,334[1] (18)
PGD (nominali) stima tal-2009
 -  Total $2.499 triljun[1] 
 -  Per capita $39,922[1] (16)
Gini (2002) 26.7 
IŻU (2008) 0.956 (għoli) (11)
Valuta Ewro,[2] CFP Franc[3] (EUR, XPF)
Żona tal-ħin CET (UTC+1)
TLD tal-internet .fr[4]
Kodiċi telefoniku +33

Franza (Franċiż:France), uffiċjalment ir-Repubblika Franċiża (Franċiż: République française), hi pajjiż fl-Ewropa tal-Punent. Il-belt belt kapitali tagħha hi Pariġi. Hi membru tal-Unjoni Ewropea. Franza hi maqsuma f'22 régions li huma suddiviżi f' départements.[5]

Il-pajjiż ilu wieħed mill-potenzi dinjin mill-aħħar tas-Seklu 17. Fis-sekli 18 u 19, bena imperu kolonjali kbir mifrux mal-Afrika tal-Punent u l-Asja tal-Lbiċ. Illum dan m'għadux jeżisti. Hu l-pajjiż li l-iktar iżuruh nies fid-dinja. Madwar 82 miljun turist barrani jżuru kull sena.[6] Franza hi membru fundatur tal-Unjoni Ewropea. Għandha l-iżjed art kbira fl-Unjoni. Franza hi wkoll membru fundatur tal-Ġnus Magħquda, u membru tal-G8 u tan-NATO.[7] Hi wieħed mill-ħames membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Għandha Armi Nukleari, inklużi testati attivati, u għandha wkoll impjanti nukleari tal-elettriku.

Fost il-bliet l-iżjed magħrufa fi Franza insibu 'l Pariġi, Nizza, Nancy, Marsilja, Bordeaux, Lille, Lyon, Toulouse Strasburgu, Rennes u Nantes.

Ġeografija u Klima[editja | immodifika s-sors]

Franza qiegħda fl-Ewropa tal-Punent.[8] Għandha fruntieri mal-Belġju, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, u l- Iżvizzera, l-Italja, Monako, Andorra, u Spanja.[9] Għandha żewġ katini ta' muntanji qrib il-fruntieri tagħha: l-Alpi fil-Lvant u l-Pirenej fil-nofsinhar. Fit-tramuntana u l-punent ta' Franza hemm għoljiet baxxi u widien tax-xmajjar.

Fi Franza hemm ħafna klimi differenti.[10] L-Atlantiku għandu effett kbir fuq it-temp fit-tramuntana u l-punent. Dan ifisser it-temperatura hi kważi istess matul is-sena. Fil-Lvant, ix-xitwa kiesħa b'temp tajjeb u s-sajf sħun bi-maltempati. Fin-nofsinhar, ix-xitwa friska b'ħafna xita u s-sajf hu sħun u xott.[11]

Franza għandha t-tieni l-akbar Żona Ekonomika Esklussiva fid-dinja.[12] Din tkopri 11,035,000 kilometru kwadru. L-iStati Uniti biss għandha waħda akbar.

Storja[editja | immodifika s-sors]

L-isem "Franza" ġej mill-kelma bil-Latin Francia, li letteralment tfisser "Art il-Franki".[13]

Il-fruntieri ta' Franza moderna huma bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dawk tal-Gallja l-antika fejn kienu joqgħodu l-Galli Ċeltiċ. Ġulju Ċesri kkonkwista l-Gallja u waqgħet taħt Ruma fl-ewwe seklu QK.[14] Bilmod il-Galli adottataw il-lingwa tar-Rumani (il-Latin li minnu evolva l-Franċiż) u l-kultura Rumana. Il-Kristjaneżmu deher l-ewwel darba fit-tieni u tielet seklu WK u kien stabbilit fir-raba' u ħames seklu.

Franza fl-1477. Linji ħomor: Il-limiti tar-Renju ta' Franza; Ikħal ċar: id-dominju rjali

Fis-seklu 4 WK, it-tribujiet Ġermaniċi, prinċipalment il-Franki invadew il-Galli. Hekk beda l-isem Francie. L-isem modern "Franza" ġej mill-isem tar-Rejiet Kapetinġi ta' Franza madwar Pariġi. Il-Franki kienu l-ewwel tribù tal-Ewropa wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman kkonvertew għall-Kristjaneżmu minflok l-Arjaneżmu. Il-Franċiż kienu jsejħu lilhom infushom "ir-Renju l-iżjed Kristjan ta' Franza".[15]

It-Trattat ta' Verdun (843), qasam l-imperu ta' Karlumanju fi tliet partijiet.[16] L-ikbar parti kienet Francia tal-Punent. Bejn wieħed u ieħor kienet l-istess bħal Franza moderna.

Id-dinastija Karolinġa ggvernat Franza sal-987, meta Hugues Capet sar Re ta'Franza. Dixxendenti tiegħu, il-Kapetinġi diretti, id-Dar ta' Valois u d-Dar ta' Bourbon unifikaw il-pajjiż permezz ta' ħafna gwerer u wirt dinatiku. Il-monarkija kienet fl-aqwa tagħha matul il-Seklu 17 fir-renju ta' Lwiġi XIV ta' Franza.[17] Dak iż-żmien Franza kellha l-akbar popolazzjoni fl- Ewropa. Il-pajjiż kellu influwenzata fuq il-politika, l-ekonomija, u l-kultura Ewropea. Il-Franċiż sar il-lingwa komuni tad-diplomazija fl-affarijiet Internazzjonali. Ħafna mill-Illuminiżmu ġie minn Franza. Ix-xjenzati Franċiżi għamlu skoperti xjentifiċi importanti fis-Seklu 18. Barra minn hekk Franza invadiet ħafna artijiet fl-Ameriki, l-Afrika u l-Asja.[18]

Franza kellha monarkija sar-Rivoluzzjoni Franċiża fl-1789. Ir-Re Lwiġi XVI u martu Marie Antoinette ġew maqtulin fl-1793.[19] Eluf ta' ċittadini Franċiżi oħra kienu wkoll maqtula. Napuljun Bonaparte ħa kontroll tar-Repubblika fl-1799. Aktar tard għamel lilu nnifsu Imperatur tal-Ewwel Imperu (1804-1814). L-armati tiegħu ikkonkwistaw il=parti l-kbira tal-Ewropa kontinentali.[20]

Fl-1815 wara l-aħħar telfa ta' Napuljun fil-Battalja ta' Waterloo, qamet monarkija oħra. Iktar tard fl-1852, Louis-Napuljun Bonaparte ħoloq it-Tieni Imperu . Louis-Napoléon tneħħa wara t-telfa fil-Gwerra Franko-Prussjana tal-1870. It-Tielet Repubblika ħadet post ir-reġim tiegħu.[21]

Fis-sekli 18 u 19 Franza bniet imperu kolonjali kbir . Il-imperu kien fih partijiet mill-Afrika tal-Punent u l-Asja tal-Lbiċ. Il-kultura u l-politika ta' dawn ir-reġjuni kienu influwenzati minn Franza. Ħafna eks-kolonji għandhom il-Franċiż bħala lingwa uffiċjali.[22]

Il-pajjiż ra l=ġlied kemm fl-Ewwel Gwerra Dinjija u kemm fit-tieni. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, miljuni mietu fit-trinek, aktar minn miljun minnhom fil-Battalja tas-Somme.[23] Matul il-Tieni Gwerra Dinjija, in-Nazisti okkupaw Franza. L-Alleati niżlu l-art fin-Normandija fis-6 ta' Ġunju u nvadew in-Normandija u bdiet il-Battalja tan-Normandija. Il-forzi Ġermaniżi tilfu 'l Franza fi ftit xhur.

Diviżjonijiet administrattivi[editja | immodifika s-sors]

It-22 reġjun u s-96 départements ta' Franza Metropolitana nkluża Korsika (Corse, fuq il-lemin t'isfel). Iż-żona ta' Pariġi hi mkabbra.

Franza maqsuma f'reġjuni amministrattivi. 22 minnhom huma fi Franza Metropolitana. Korsika għandha stat differenti mill-21 l-oħra fir-reġjun Metropolitan u msejħa collectivité territoriale. Franza għandha wkoll ħames reġjuni barra l-Ewropa. Dawn ir-reġjuni għandhom l-istess stat bħal dawk Metropolitani.

Imbagħad Franza hi maqsuma f'100 département u d-départements huma maqsuma f'342 arrondissement. L-arrondissements huma mill-ġdid maqsuma f'4,032 canton u l-cantons huma maqsuma f' commune. Fl-1 ta' Jannar 2008, skont L-Institut National de la Statistique et des Études Économiques kien hemm 36781 communes fi Franza, 36,,569 minnhom fi Franza Metropolitana u 212 minnhom barra.[24][25]

Franza Metropolitana
Reġjun Départemens Belt Kapitali
Blason région fr Alsace.svg Alsace Bas-Rhin, Haut-Rhin Coat of Arms of Bordeaux.svg Strasbourg
Blason de l'Aquitaine et de la Guyenne.svg Aquitaine Dordogne, Gironde, Landes, Lot-et-Garonne, Pyrénées-Atlantiques Coat of Arms of Bordeaux.svg Bordeaux
Blason de l'Auvergne.svg Auvergne Allier, Cantal, Haute-Loire, Puy-de-Dôme Blason ville fr ClermontFerrand (PuyDome).svg Clermont-Ferrand
COA fr BRE.svg Bretagne Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan Blason Rennes.svg Rennes
Blason fr Bourgogne.svg Bourgogne Côte-d'Or, Nièvre, Saône-et-Loire, Yonne Blason Dijon-(LdH).svg Dijon
Blason fr Centre-Val de Loire.svg Centre Cher, Eure-et-Loir, Indre, Indre-et-Loire, Loiret, Loir-et-Cher Blason Orléans.svg Orléans
Blason région fr Champagne-Ardenne.svg Champagne-Ardenne Ardennes, Aube, Haute-Marne, Marne Blason Chalons-en-Champagne.svg Châlons-en-Champagne
Arms of Corsica.svg Corse (Korsika) Corse-du-Sud, Haute-Corse Blason ville fr Ajaccio.svg Ajaccio
Blason fr Franche-Comté.svg Franche-Comté Doubs, Haute-Saône, Jura, Territoire de Belfort Blason ville fr Besançon (Doubs).svg Besançon
Blason région fr Alsace.svg Île-de-France Essonne, Hauts-de-Seine, Paris, Seine-et-Marne, Seine-Saint-Denis, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Yvelines Blason paris 75.svg Paris (Pariġi)
Arms of the French Region of Languedoc-Roussillon.svg Languedoc-Roussillon Aude, Gard, Hérault, Lozère, Pyrénées-Orientales Blason ville fr Montpellier.svg Montpellier
Blason région fr Limousin.svg Limousin Corrèze, Creuse, Haute-Vienne Heraldique blason ville fr Limoges.svg Limoges
Blason Lorraine.svg Lorraine Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Vosges Blason Metz 57.svg Metz
Blason region fr Normandie.svg Basse Normandie Calvados, Manche, Orne Blason ville fr Caen (Calvados)2.svg Caen
Blason Languedoc.svg Midi-Pyrénées Ariège, Aveyron, Gers, Haute-Garonne, Hautes-Pyrénées, Lot, Tarn, Tarn-et-Garonne Blason ville fr Toulouse (Haute-Garonne).svg Toulouse
Blason Nord-Pas-De-Calais.svg Nord-Pas-de-Calais Nord, Pas-de-Calais Blason ville fr Lille (Nord).svg Lille
Blason région fr Pays-de-la-Loire.svg Pays de la Loire Loire-Atlantique, Maine-et-Loire, Mayenne, Sarthe, Vendée Blason Nantes.svg Nantes
Blason région fr Picardie.svg Picardie Aisne, Oise, Somme Blason fr ville Amiens.svg Amiens
Poitou-Charentes blason.svg Poitou-Charentes Charente, Charente-Maritime, Deux-Sèvres, Vienne Blason ville fr Poitiers (Vienne).svg Poitiers
Blason région fr Provence-Alpes-Côte d'Azur.svg Provence-Alpes-Côte d'Azur Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Bouches-du-Rhône, Hautes-Alpes, Var, Vaucluse Blason Marseille.svg Marseille
Blason Rhône-Alpes Gendarmerie.svg Rhône-Alpes Ain, Ardèche, Drôme, Haute-Savoie, Isère, Loire, Rhône, Savoie Blason Ville fr Lyon.svg Lyon
Blason region fr Normandie.svg Haute-Normandie Eure, Seine-Maritime Blason Rouen 76.svg Rouen
Barra Franza Metropolitana
Isem Stat kostituzzjonali Belt kapitali Post
Flag of French Guiana.svg Guyane française Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Cayenne Amerika t'Isfel
Flag of Guadeloupe (local) variant.svg Guadeloupe Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Basse-Terre Karibew
Flag of Martinique.svg Martinique Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Fort-de-France Karibew
Flag of Mayotte (local).svg Mayotte Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Mamoudzou Oċean Indjan
Flag of France.svg Réunion Reġjun barra Franza (régions d'outre-mer) u fl-istess ħin departiment barra Franza (département d'outre-mer jew DOM) Saint-Denis Oċean Indjan

Gvern[editja | immodifika s-sors]

Franza għandha sistema ta' gvern semi-presidenzjali stabbilita mill-kostituzzjoni tal-Ħames Repubblika Franċiża.[26] Il-Kostituzzjoni tiddikjar n-nazzjon bħala repubblika soċjali, indiviżibbli, sekulari u demokratika. tipprovdi wkoll għas-separazzjoni tal-poteri.[27]

Il-militar[editja | immodifika s-sors]

L-aircraft carrier nukleari Charles de Gaulle
Il-Gwardja Repubblikana Franċiża

Il-Forzi Armati Franċiż huma maqsumin f'erba' fergħat:

  • Armée de Terre (Forza tal-Art)
  • Marine Nationale (Forza Navali)
  • Armée de l'Air (Forza tal-Ajru Force)
  • Gendarmerie Nationale (Forza militari li taġixxi bħala Pulizija Nazzjonali Rurali)

Franza għandha madwar 359.000 ruħ fil-Militar u tonfoq 2.6% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) fid-difiża.[28][29] Dan l-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Franza u r-Renju Unit jonfqu 40%mill-baġit tad-difiża tal-UE. Madwar 10% tal-baġit għad-difiża ta' Franza jintefaq fuq l-Armi Nukleari.

Relazzjonijiet barranin[editja | immodifika s-sors]

Franza hi membru tal-Ġnus Magħquda, infatti membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda u għandu dritt tal-veto.[30][31] Hi wkoll membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Is-sedi ċentrali tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), UNESCO u Interpol qegħdin Franza.

Franza kienet waħda mill-memmbri fundaturi tal-Unjoni Ewropea.[32] Fis-snin 1960, Franza riedet teskludu r-Renju Unit mill-organizzazzjoni. Riedet tibni l-potenza ekonomija tagħha fl-Ewropa kontinentali u ssir wieħed mill-pajjiżi l-aktar influwenti fl-UE. Mis-snin , Franza u l-Ġermanja saru ħafna eqreb fil-pulitika tagħhom. Franza illum hi membru tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku ta' Fuq (NATO).[7] Madankollu, taħt il-President de Gaulle kienet ħalliet il-kmand militari konġunt. Fl-1990, Franza ġiet ikkritikata għal provi tal-armi nukleari taħt l-art fil-Polineżja Franċiża. Franza kienet għal kollox kontra l-invażjoni tal-Iraq tal-2003.[33] Franza għad għandha influwenz politika u ekonomika qawwija fil-kolonji li kellha fl-Afrika. Per eżempju hija pprovdiet għajnuna ekonomika u truppi fil-missjoni għaż-żamma tal-paċi fil-Côte d’Ivoire u Ċad.

Ekonomija[editja | immodifika s-sors]

L-ewwel Airbus A380 li tlesta, Toulouse, 2005

Franza hija membru tal-grupp G8 tal-pajjiżi industrijalizzati ewlenin. Franza għandha it-tmien l-ikbar konomija fid-dinja skont il-Prodott Gross Domestiku (PGD) (li jieħu kont kemm iqum biex tgħix fil-pajjiżi differenti u rati tal-inflazzjoni).[34] Franza flimkien ma' 11-il-membru ieħor tal-Unjoni Ewropea nidiet l-euro fl-1 ta' Jannar 1999 u bdiet tużaha fl-2002.[35]

L-ekonomija ta' Franza għandha kważi 2.9 miljun kumpannija reġistrata.[36] Il-gvern għandu influwenza konsiderevoli fuq id-ditti tal-Ferrovija, l-Elettriku, l-Ajru, u t-Telekomunikazzjont (billi hu l-proprjetarju ta' kumpaniji kbar bħal SNCF (ferroviji) u EDF (elettriku)).[37] Franza għandha industrija importanti tal-ajruspazju (disinn tal-ajruplani u vetturi spazjali) bl-industrija Airbus fir-ras.[38] Tista' wkoll tvara razzi minn Guyane française.[39]

Franza investiet ħafna fl-enerġija nukleari. Għalhekk Franza tipproduċi l-inqas dijossidu tal-karbonju fost is-seba' pajjiżi l-aktar industrijalizzati fid-dinja.[40] Il-59 impjant nukleari jiġġeneraw il-parti l-kbira tal-elettriku prodott fil-pajjiż (78% fl-2006,[41] minn 8% biss fl-1973, 24% fl-1980, u 75% fl-1990).

Franza hija l-ikbar produttur u esportatur agrikolu fl-Ewropa.[42] Tesporta qamħ, tjur, prodotti tal-ħalib, ċanga, u majjal. Hi famuża wkoll għall-industrija tal-inbid. Franza rċeviet 10 biljun ewro fl-2006 mill-Komunità Ewropea bħala sussidji lill-bdiewa.[43]

Kultura[editja | immodifika s-sors]

Lingwa[editja | immodifika s-sors]

Il-Franċiż hi l-lingwa uffiċjali ta' Franza. Din appartjeni għall-grupp ta' lingwa Rumanzi li jinkludi t-Taljan u l-Ispanjol u oħrajn. Imbagħad hemm ukoll ħafna djaletti reġjonali. L-Alsazjan, djalett Ġermaniż jitkellmuh f'Alsace u f'partijiet ta' Lorraine fi Franza tal-Lvant. Il-Franċiż kien il-lingwa tad-diplomazija u l-kultura fl-Ewropa bejn is-Seklu 17 u u d-19 u għadu użat ħafna.[44]

Xi nies fi Franza jitkellmu wkoll bil-Bask, Breton, Katalan, Korsikan, Ġermaniż, Fjamming u Occitan.

Reliġjon[editja | immodifika s-sors]

Reliġjożità fi Franza
reliġjon perċentaġġ
Insara
  
54%
Bla reliġjon
  
31%
Misilmin
  
4%
Lhud
  
1%
Oħrajn
jew bla opinjoni
  
10%

Franza hi stat sekulari u l-Kostituzzjoni tiggarantixxi l-libertà tar-reliġjon.[45] Il-popolazzjoni hi bejn wieħed u ieħor, 51% Kattolika, 31% tan-nies huma anjostiċi jew atej, 4% huma Misilmin, 3% jgħidu li huma Protestanti u 1% jgħidu li huma Lhud. 10% huma minn reliġjonijiet oħra jew ma għandhomx opinjoni dwar ir-reliġjon.[46][47]

Skont stħarriġ tal-opinjoni fl-2005:[48]

  • 34% taċ-ċittadini Franċiżi jgħidu li "jemmnu li hemm Alla".
  • 27% jgħidu li "jemmnu li hemm xi spirtu jew qawwa tal-ħajja".
  • 33% jgħidu li "ma jemmnux li hemm xi spirtu, Alla jew qawwa tal-ħajja.".

Letteratura[editja | immodifika s-sors]

It-Tliet Muskettieri ta' Alexandre Dumas

Il-letteratura Franċiża bdiet fil-Medjuevu.[49] Il-Franċiż kien maqsum f'bosta djaletti dak iż-żmien u l-ortografija kienet tvarja minn awtur għall-ieħor.

Matul is-Seklu 17, l-awturi ewlenin kienu Pierre Corneille, Jean Racine, Moliere Blaise Pascal u René Descartes.[50]

Fis-sekli 18 u 19, il-letteratura Franċiża laħqet l-aqwa tagħha. Fis-seklu 18 kien raw saġġisti u moralisti bħal Voltaire u Jean-Jacques Rousseau. Ħafna mir-rumanzi Franċiżi famużi inkitbu fis-seklu 19 minn awturi bħal Victor Hugo, Alexandre Dumas u Jules Verne. Dawn kitbu rumanzi popolari bħall It-Tliet Muskettieri, Il-Konti ta' Monte Cristo, Għoxrin Elf Liga taħt il-Baħar u Il-Ħotbi ta' Notre-Dame. Fost il-kittieba tar-rumanzi tas-seklu 19 insibu 'l Emile Zola, Guy de Maupassant, Théophile Gautier u Stendhal.[51]

Arti[editja | immodifika s-sors]

Claude Monet waqqaf il-moviment Impressionista (Femme avec un parasol, 1886, Musée d'Orsay).

Il-bidu tal-arti Franċiża kien influwnzat ħafna mill-arti Fjamminga u Taljana fi żmien ir-Rinaxximent. L-iSkola tal-Pittura ta' Fontainebleau fir-rinaxximent kienet imnebbħa direttament minn pitturi Taljani bħal Primaticcio u Rosso Fiorentino, li tnejn kienu jaħdmu Franza. Tnejn mill-pitturi l-iżjed famużi ta' żmien il-Barokk, Nicolas Poussin u Claude Lorrain, kienu jgħixu l-Italja. Is-seklu 17 kien il-perjodu meta l-pittura Franċiża saret l-iżjed prominenti u individwalizzat ruħha permezz tal-klassiċiżmu. Il-priminstru ta' Lwiġi XIV Jean-Baptiste Colbert fl-1648 waqqaf l-Akkademja Rjali tal-Pittura u Skultura biex tipproteġi dawn l-artisti. u fl-1666 ħalaq l-Akkademja Franċiża f'Ruma, li għadha sejra, biex ikun hemm kuntatt dirett mal-artisti Taljani.

Le Penseur ta' Auguste Rodin (1902), Musée Rodin, Pariġi.

Fis-seklu 18, l-artisti Franċiżi żvillupaw l-istil rokoko, verżjoni iżjed intima tal-istil barokk ta' qabel. Ix-xogħlijiet tal-artisti appoġġati mill-qorti rjali Antoine Watteau, François Boucher u Jean-Honoré Fragonard huma eżempji mill-aħjar ta' dan l-istil. Ir-Rivoluzzjoni Franċiża ġabet bidliet kbar, billi Napuljun kien jiffavorixxi l-artisti tal-istil neoklassiku bħal Jacques-Louis David u l-Académie des Beaux-Arts li kellha ħafna influwenza stabbiliet l-istil magħruf bħala Akkademiżmu. F'din l-epoka Franza saret ċentru ta' ħolqien artistiku u l-ewwel nofs tas-seklu 19 kien iddominat minn żewħ movimenti, wieħed wara l-ieħor. L-ewwel kien ir-Romantiċiżmu b'Théodore Géricault u Eugène Delacroix, u mbagħad ir-Realiżmu b'Camille Corot, Gustave Courbet u Jean-François Millet, stil li spiċċa biex żviluppa fin-Naturaliżmu.

Fit-tieni nofs tas-seklu 19, l-influwenza ta' Franza fuq il-pittura saret saħansitra iżjed importanti, bl-iżvilupp ta' stili ġodda ta' pittura bħall-Impressjoniżmu u s-Simboliżmu. Il-pitturi impressjonisti l-iżjed famużi kienu Camille Pissarro, Édouard Manet, Edgar Degas, Claude Monet u Auguste Renoir.[52] It-tieni ġenerazzjoni tal-pitturi tal-istil impressjonista Paul Cézanne, Paul Gauguin, Toulouse-Lautrec u Georges Seurat kienu wkoll fir-ras ta' evoluzzjonijiet artistiċi[53] flimkien mal-artisti fauvisti Henri Matisse, André Derain u Maurice de Vlaminck.[54][55] fil-bidu tas-seklu 29 Georges Braque u l-pittur Sspanjol Pablo Picasso, li kien jgħix Pariġi, żviluppaw il-Kubiżmu. Kien hemm pitturi oħra barranin li kienu joqogħdu u jaħdmu Pariġi jew fil-qrib, bħal Vincent van Gogh, Marc Chagall, Amedeo Modigliani u Wassily Kandinsky.

Sports[editja | immodifika s-sors]

Il-Peloton (tfisser "il-qattgħa" bil-Franċiż) tat-Tour de France

It-tiġrija tar-roti, Tour de France, li ssir kull Lulju hija wieħed mill-avvenimenti sportivi l-aktar magħrufa.[56] Din-tellieqa tieħu tliet ġimgħat u twila madwar 3500 km, tgħaddi minn ħafna minn Franza u tintemm fiċ-ċentru ta' Pariġi, fl-Avenue des Champs-Elysées.

Il-Futbol hu sport ieħor popolari fi Franza. It-tim Franċiż rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-Futbol fl-1998 u l-Kampjonat Ewropew tal-Futbol fl-1984 u fl-2000.

Franza tospita wkoll tiġrija ta' 24 Siegħa tal-karozzi ta' Le Mans. Il-logħob tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby sar Franza fl-2007 u Franza spiċċat ir-raba'.[57]

Franza kellha x'taqsam ħafna mal-Logħob Olimpiku Modern. Fl-aħħar tas-seklu 19, il-Baruni Pierre de Coubertin issuġġerixxa li jibda jsir il-Logħob Olimpiku mill-ġdid. Franza ospitat l-Olimpjadi tas-Sajf darbtejn, fl-1900 u 1924, f'Pariġi. Franza ospitat ukoll l-Olimpijadi tax-Xitwa tliet darbiet, fl-1924 f'Chamonix, fl-1968 f'Grenoble, u fl-1992 f'Albertville.

Kċina[editja | immodifika s-sors]

Terrina tas-salamun bil-ħabaq

Il-kċina Franċiża influwenzat l-istil tat-tisjir madwar l-Ewropa kollha, u l-koki Franċiżi jaħdmu fir-ristoranti madwar id-dinja.[58]

L-"haute cuisine" bdewha koki famużi Franċiżi bħal François Pierre La Varenne (1615-1678) u l-kok ta' Napuljun, Marie-Antoine Careme ( 1784-1833). Dawn il-koki żviluppa stil eħfef ta ikel imqabbel mal-ikel tal-Medjuevu. Użaw inqas ħwawar u aktar ħxejjex aromatiċi u l-krema.

Il-kċina Franċiża fis-seklu 20 zviluppaha l-iżjed Auguste Escoffier (1846-1935)li kien ġenju fl-organizzazzjoni. Sab kif għandhom jiġu maniġġati ristoranti kbar, bħal f'lukanda kbira jew f'palazz, kif il-ħaddiema għandhom jiġu organizzati u kif il-menu għandu jitħejja. Huwa kellu metodi għall kollox. L-akbar kontribuzzjoni ta' Escoffier kienet il-pubblikazzjoni ta' La Guide Culinaire fl-1903, li stabbiliet l-fundamenti tat-tisjir Franċiż. Escoffier immaniġġa r-ristoranti u l-kċina fil-lukandi Savoy u Carlton f' Londra, ir-Ritz f'Pariġi. Forsi l-iżball ta' Escoffier kien li ħalla barra ħafna mill-karattru kulinari li nsibu fir-reġjuni ta' Franza.

Fis-seklu 20 il-Gastro-turiżmu u l-gwida Michelin għenu biex in-nies isiru jafu kemm hi għanja l-kċina tal-borġeżija u tal-gabillotti fil-kampanja Franċiża. Il-kċina ta' Gascogne kellha influwenza kbira fuq il-kċina tal-Lbiċ ta' Franza. Ħafna platti li darba kienu reġjonali infirxu b'varjazzjonijiet mal-pajjiż. Il-Ġobon u l-Inbid huma parti ewlenija tal-kċina.[59][60]<refhttp://trifter.com/practical-travel/world-cuisine/top-10-most-tasty-cuisines-in-the-world/]</ref> Franza ta' Fuq in-nies jippreferu jużaw il-butir biex isajru waqt li fi Franza t'Isfel jippreferu ż-żejt taż-żebbuġa u t-tewm.[61] Franza, kull reġjun għandu l-platti speċjali tiegħu bħax-choucroute f'Alsace, il-quiche f'Lorraine, il-cassoulet f'Languedoc-Roussillon u t-tapenade f'Provence-Alpes-Côte d'Azur.

F'Novembru 2010, UNESCO żid il-gastronomija Franċiża mal-lista tal-"patrimonju kulturali intanġibbli".[62][63]

Turiżmu[editja | immodifika s-sors]

Il-Palazz ta' Versailles, waħda mid-destinazzjonijiet turistiċi l-aktar popolari fi Franza

Franza hija l-akbar destinazzjoni turistika fid-dinja. Fl-2007, 81.9 miljun turist barranin żaru Franza.[6] Spanja it-tieni (58.5 miljun fl-2006) u l-iStati Uniti it-tielet (51.1 miljun fl-2006). Fost l-attrazzjonijiet l-aktar famużi hemm it-Torri Eiffel u l-Arc de Triomphe f'Pariġi u Mont Saint Michel, fin-Normandija.[64]

F'subborg fil-Lvant ta' Pariġi hemm Disneyland Ewropeja. din l-attrazzjoni infetħet fl-1992 u saret wkoll destinazzjoni turistika popolari fl-Ewropa.

Referenzi[editja | immodifika s-sors]

  1. ^ a b c d (Ingliż) Franza. Fond Monetarju Internazzjonali. Aċċess tal-URL: 22-04-2009.
  2. ^ Ir-Repubblikka Franċiża kollha minbarra t-territorji 'l barra mill-ibħra Franċiżi fl-Oċean Paċifiku.
  3. ^ Territorji 'l barra mill-ibħra Franċiżi fl-Oċean Paċifiku.
  4. ^ Barra l-użu ta' .fr, diversi dominji tal-aqwa livell tal-internet jiġu wżati fid-dipartimenti u territorji barra mix-xtut Franċiżi: .re, .mq, .gp, .tf, .nc, .pf, .wf, .pm, .gf u .yt. Aktar minn hekk, Franza tuża' wkoll .eu, maqsum flimkien mal-membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
  5. ^ [1]
  6. ^ a b [2]
  7. ^ a b [3]
  8. ^ [4]
  9. ^ [5]
  10. ^ [6]
  11. ^ [7]
  12. ^ [8]
  13. ^ [9]
  14. ^ [10]
  15. ^ [11]
  16. ^ [12]
  17. ^ [13]
  18. ^ [14]
  19. ^ [15]
  20. ^ [16]
  21. ^ [17]
  22. ^ [18]
  23. ^ [19]
  24. ^ [20]
  25. ^ [21]
  26. ^ [22]
  27. ^ [23]
  28. ^ [24]
  29. ^ [25]
  30. ^ [26]
  31. ^ [27]
  32. ^ [28]
  33. ^ [29]
  34. ^ [30]
  35. ^ [31]
  36. ^ [32]
  37. ^ [33]
  38. ^ [34]
  39. ^ [35]
  40. ^ [36]
  41. ^ Électricité en France: les principaux résultats en 2006
  42. ^ [37]
  43. ^ [38]
  44. ^ [39]
  45. ^ [40]
  46. ^ [41]
  47. ^ [42]
  48. ^ [43]
  49. ^ [44]
  50. ^ [45]
  51. ^ [46]
  52. ^ [47]
  53. ^ Le néo-impressionnisme de Seurat à Paul Klee
  54. ^ The Fauves (dossier)
  55. ^ Vlaminck, version fauve
  56. ^ [48]
  57. ^ [49]
  58. ^ [50]
  59. ^ [51]
  60. ^ [52]
  61. ^ [53]
  62. ^ [54]
  63. ^ [55]
  64. ^ Musées et Monuments historiques

Ħoloq esterni[editja | immodifika s-sors]

Economija
Kultura
Turizmu