Ewro

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Euro symbol.svg

Karti tal-flus tal-ewro
Muniti tal-flus tal-Ewro

Ewro huwa l-isem tal-munita Ewropea.

L-ewro (simbolu: €; kodiċi bankarju: EUR), il-flus ta' sittax-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea:

  • l-Awstrija
  • il-Belġju
  • Ċipru
  • l-Estonja
  • il-Finlandja
  • Franza
  • il-Ġermanja
  • il-Greċja
  • l-Irlanda
  • l-Italja
  • il-Latvja
  • il-Litwanja
  • il-Lussemburgu
  • l-Pajjiżi l-Baxxi
  • Malta
  • il-Portugall
  • is-Slovakkja
  • is-Slovenja
  • u Spanja

li flimkien jissejħu l-ewrożona. L-Estonja se tkun il-pajjiż li jmiss li se jadotta l-ewro. Pajjiżi oħra li jinsabu barra l-ewrożona iżda jużaw l-ewro bħala l-munita ta' pajjiżhom huma:

  • Andorra
  • Monako
  • San Marino
  • il-Vatikan
  • u l-Montenegro

flimkien ma' dawn il-pajjiżi mhux indipendenti li huma: il-Kosovo, l-Gujana Franċiża, Reunion, Saint-Pierre-et-Miquelon, Gwadalup, Martinique, u Mayotte. Fil-qasam tal-flus l-ewro ġab riforma sinifikattiva fl-Ewropa; bidla li kontinent kien ilu ma jara bħalha minn żmien l-Imperu Ruman. L-ewro mhux biss mekkaniżmu li jipperfezzjona s-Suq Uniku Ewropew billi jiffaċilita l-kummerċ ħieles fost il-membri tal-ewrożona, imma hu meqjus, mill-fundaturi tiegħu bħala pass mill-iktar kruċjali fil-proġett tal-integrazzjoni politika Ewropea.

Il-muniti ewro tal-pajjiżi fl-ewrożona[editja | immodifika s-sors]

Ewro 2015
L-Ewropa fid-dinja L-Ewropa bħala għaqda ta' stati L-Ewropa bla fruntieri
€0.01 €0.02 €0.05 €0.10 €0.20 €0.50 €1 €2
Face commune de la pièce de 1 euro

Il-muniti ewro tal-Awstrija[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ : turi l-ġenzjana, fjura tal-Alpi Awstrijaċi
  • 2ċ : turi l-'edelweiss', fjura tal-Alpi Awstrijaċi
  • 5ċ : turi l-primula, fjura tal-Alpi Awstrijaċi
  • 1ċ : turi l-Katidral ta' San Stiefnu, Arkitettura Gotika ta' Vjenna
  • 20ċ : turi l-Palazz Belvedere, eżempju ta' stil Barokk
  • 50ċ : turi l-Bini tas-Seċessjoni ta' Vjenna, eżempju ta' art nouveau
  • 1 ewro: turi lil Wolfgang Amadeus Mozart, kompożitur Awstrijak famuż
  • 2 ewro : turi lil Bertha von Suttner, paċifista radikali u rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi

Il-muniti ewro tal-Belġju[editja | immodifika s-sors]

  • Il-muniti ewro kollha, jiġiefri l-muniti ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha u monogramma tar-Re Albertu II tal-Belġju.

Il-muniti ewro ta' Ċipru[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ, 2ċ, 5ċ :
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru 'xini ta' Kyrenia', xini tipiku Ċiprijott, ta' żmien 400 sena Q.K.
  • 1 ewro, 2 ewro: juru l-'Idolu ta' Pomos', skultura preistorika ta' madwar 3000 Q.K.

Il-muniti ewro tal-Estonja[editja | immodifika s-sors]

  • Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru l-mappa ġeografika tal-pajjiż, akkumpanjata mill-kelma "Eesti" (Estonja).

Il-muniti ewro tal-Finlandja[editja | immodifika s-sors]

  • Il-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, u 50ċ juru l-Iljun Ħabbar tal-Finlandja, li jinsab fuq l-arma Finlandiża.
  • 1 ewro : turi ċ-ċinji jtiru fuq pajsaġġ Finlandiż. Iċ-ċinju hu l-għasfur nazzjonali tal-Finlandja.
  • 2 ewro: turi l-frotta u l-werqa ta' pjanta li ġejja mill-familja ta' tuta.

Il-muniti ewro ta' Franza[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru l-Pittura ta' Marianne, is-simbolu tar-Repubblika Franċiża
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru ż-żarrgħaja, tema meħuda mill-munita Franċiża ta' qabel.
  • 1 ewro, 2 ewro: juru siġra bi stil magħmula f'eżagonu bil-kliem 'Liberté Egalité Fraternité'

Il-muniti ewro tal-Ġermanja[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru fergħa mis-siġra tal-Balluta Ġermaniża, li kienet tidher ukoll fuq il-munita Ġermaniża.
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-Bieb ta' Brandeburgu, li hu simbolu ta' diviżjoni u unità.
  • 1 ewro, 2 ewro: juru l-ajkla Ġermaniża, li hi simbolu tas-sovranità tal-Ġermanja

Il-muniti ewro tal-Greċja[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ: turi xini Ateniż tas-seklu 5 Q.K.
  • 2ċ: turi xini tal-bidu tas-seklu 19 magħruf bħala 'korvetta'
  • 5ċ: turi tanker modern, simbolu tal-impriża Griega
  • 10ċ: turi lil Rigas Velestinlis-Fereos (1757 - 1798), poeta Grieg
  • 20ċ: turi lil Ioannis Kapodistrias (1776 - 1831), statista Grieg
  • 50ċ: turi lil Eleftherios Venizelos (1864 - 1936), politiku Grieg
  • 1 ewro: dehra tas-seklu 5 Q.K., il-munita tal-4 drakmi ta' Ateni (munita f'munita)
  • 2 ewro: turi l-ħtief ta' Ewropa minn Żeus f'forma ta' barri

Il-muniti ewro tal-Irlanda[editja | immodifika s-sors]

  • Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru l-arpa tradizzjonali tal-Irlanda.

Il-muniti ewro tal-Italja[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ: turi l-Castel del Monte, kastell tas-seklu 13 li jinsab qrib Andria, fil-Pulja
  • 2ċ: turi t-Torri Mole Antonelliana, torri li jissimbolizza l-belt ta' Turin
  • 5ċ: turi l-Kolossew ta' Ruma, anfiteatru Ruman famuż
  • 10ċ: turi t-twelid ta' Venere, pittura ta' Sandro Botticelli
  • 20ċ: turi l-iskultura 'Forom Uniċi tal-Kontinwità fl-Ispazju' ta' Umberto Boccioni
  • 50ċ: turi l-istatwa ekwestra ta' Marku Awrelju
  • 1 ewro: turi r-Raġel Vetruvjan, tpinġija ta' Leonardo da Vinci
  • 2 ewro: turi xbieha ta' Dante Alighieri, pittura ta' Raffaello

Il-muniti ewro tal-Latvja[editja | immodifika s-sors]

  • Il-muniti ewro kollha, jiġiferi ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro.

Il-muniti ewro ta' Litwanja[editja | immodifika s-sors]

  • Il-muniti ewro kollha, jiġiferi ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro.

Il-muniti ewro tal-Lussemburgu[editja | immodifika s-sors]

  • Il-muniti ewro kollha, jiġiferi ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha tal-Gran Duka Enriku tal-Lussemburgu

Il-muniti ewro ta' Malta[editja | immodifika s-sors]

Fl-artiklu Muniti tal-ewro ta' Malta għandek issib iktar dettall dwar il-muniti tal-ewro Maltin

  • 1ċ, 2ċ, 5ċ : juru l-Altar tat-Tempji tal-Imnajdra
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ : juru l-Arma tar-Repubblika ta' Malta
  • 1 ewro, 2 ewro: juru is-Salib tal-Kavallieri ta' Malta

Il-muniti ewro ta' Monako[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-arma ta' Monako
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-monogramma tal-Prinċep Albertu II
  • 1 ewro u 2 ewro: juru xbieha tal-Prinċep Albertu II

Il-muniti ewro tal-Pajjiżi l-Baxxi[editja | immodifika s-sors]

  • Il-muniti ewro kollha, jiġifieri ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha tar-Reġina Beatriċe, bit-titlu tagħha madwar ix-xifer.

Il-muniti ewro tal-Portugall[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-arma rjali tal-1134
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-arma rjali tal-1142
  • 1 ewro u 2 ewro: juru l-arma rjali tal-1144

Il-muniti ewro ta' San Marino[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ: turi t-tielet torri "Il Montale"
  • 2ċ: turi l-istatwa tal-Libertà
  • 5ċ: turi l-ewwel torri "La Guaita"
  • 10ċ: turi l-Bażilika ta' San Marino
  • 20ċ: turi pittura ta' San Marino mill-iskola ta' Guercina
  • 50ċ: turi t-tliet torrijiet li huma: La Guaita; La Cresta u Il Montale
  • 1 ewro: turi l-arma nazzjonali ta' San Marino
  • 2 ewro: turi l-bini tal-gvern

Il-muniti ewro tas-Slovakkja[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-muntanja Kriváň, fil-katina tal-Muntanji Tatra
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru l-kastell ta' Bratislava
  • 1 ewro u 2 ewro: juru l-arma tas-Slovakkja (salib patrijarkali fuq tliet għoljiet)

Il-muniti ewro tas-Slovenja[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ: turi ċ-Ċikonja, meħuda mit-talleru Sloven ta' qabel
  • 2ċ: turi l-Ġebla tal-Prinċep
  • 5ċ: turi l-pittura, 'The Sower' ta' Ivan Grohar
  • 10ċ: turi idea ta' Joze Plecnik, għal bini tal-Parlament Sloven
  • 20ċ: turi żewġ żwiemel Lipizzani
  • 50ċ: turi l-muntanja Triglav
  • 1 ewro: turi lil Primoz Trubar, protestant riformista Sloven
  • 2 ewro: turi lil France Preseren, Poeta romantiku Sloven u l-ewwel linja tas-seba' strofa tal-innu nazzjonali

Il-muniti ewro ta' Spanja[editja | immodifika s-sors]

  • 1ċ, 2ċ, 5ċ: juru l-Katidral ta' Santiago de Compostela
  • 10ċ, 20ċ, 50ċ: juru lil Miguel de Cervantes, kittieb Spanjol
  • 1 ewro u 2 ewro: juru xbieha tar-Re Juan Carlos I

Il-muniti ewro tal-Vatikan[editja | immodifika s-sors]

  • Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2 ewro, juru xbieha tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI

Il-Karti tal-Flus tal-ewro[editja | immodifika s-sors]

Valur tal-karta 5 € 10 € 20 € 50 € 100 € 200 € 500 €
Qies tal-karta 120mm x 62mm 127mm x 67mm 133mm x 72mm 140mm x 77mm 147mm x 82mm 153mm x 82mm 160mm x 82mm
Quddiem EUR 5 obverse (2002 issue).jpg EUR 10 obverse (2002 issue).jpg EUR 20 obverse (2002 issue).jpg EUR 50 obverse (2002 issue).jpg EUR 100 obverse (2002 issue).jpg EUR 200 obverse (2002 issue).jpg EUR 500 obverse (2002 issue).jpg
Wara EUR 5 reverse (2002 issue).jpg EUR 10 reverse (2002 issue).jpg EUR 20 reverse (2002 issue).jpg EUR 50 reverse (2002 issue).jpg EUR 100 reverse (2002 issue).jpg EUR 200 reverse (2002 issue).jpg EUR 500 reverse (2002 issue).jpg

Hemm seba' karti tal-flus tal-ewro: il-5 ewro, l-10 ewro, l-20 ewro, il-50 ewro, il-100 ewro, il-200 ewro, u l-500 ewro. Is-seba' karti tal-flus tal-ewro huma bbażati fuq tema ta' disinn komuni - "Żminijiet u Stili Ewropej".

Fuq in-naħa ta' quddiem tal-flus insibu t-twieqi u l-bibien li jissimbolizzaw l-ispirtu miftuħ u ta' kooperazzjoni fl-Ewropa. it-tnax-il stilla tal-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw id-dinamiżmu u l-armonija tal-Ewropa tal-lum.

Fuq in-naħa ta' wara ta' kull karta tal-flus hemm pont wieħed mis-seba' perjodi tal-istorja arkitettonika Ewropea. Dawn jissimbolizzaw il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mill-qrib li jeżistu bejn il-ġnus tal-Ewropa u bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja.

Il-karti tal-flus huma l-istess (minn wara u minn quddiem) fil-pajjiżi kollha taż-żonaewro, u bħall-muniti ewro, huma valuta legali f'kull pajjiż ta' din iż-żona monitarja Ewropea fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Il-karti tal-flus tal-ewro huma dawn:[editja | immodifika s-sors]

  • Il-Ħames Ewro: għandha l-kulur griż u tirrappreżenta l-Arkitettura Klassika
  • L-Għaxar Ewro: għandha l-kulur aħmar u tirrappreżenta l-Arkitettura Romanika
  • L-Għoxrin Ewro: għandha l-kulur ikħal u tirrappreżenta l-Arkitettura Gotika
  • Il-Ħamsin Ewro: għandha l-kulur oranġjo u tirrappreżenta l-Arkitettura Rinaxximentali
  • Il-Mitt Ewro: għandha l-kulur aħdar u tirrappreżenta l-Arkitettura Barokka u tar-Rokokò
  • Il-Mitejn Ewro: għandha l-kulur isfar fil-kannella u tirrappreżenta l-Arkitettura tal-Art Nouveau
  • Il-Ħames Mitt Ewro: għandha l-kulur vjola u tirrappreżenta l-Arkitettura Moderna tas-seklu 20

Unjoni Monetarja u Ekonomika[editja | immodifika s-sors]

L-ewro ġie stabbilit bi prova tal-1992 permezz tat-Trattat ta' Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea li sar biex jistabbilixi l-Unjoni Monetarja u Ekonomika. Biex idaħlu din il-munita l-ġdida, l-Istati Membri kellhom jobdu ċerti regoli stretti bħal defiċit tal-baġit ried ikun inqas minn tlieta fil-mija tal-PDG, dejn tinqas minn sitta fil-mija tal-PDG, inflazzjoni baxxa, u rati ta' interess qrib dawk tal-UE. Fit-Trattat ta' Maastricht, ir-Renju Unit u d-Danimarka ngħatalhom il-permess li jistgħu ma jimxux fuq dan il-pass li jwasal għad-dħul tal-ewro.

L-ekonomisti li għenu biex joħolqu jew jikkontribwixxu l-ewro jinkludu lil Robert Mundell, Wim Duisenberg, Robert Tollison, Neil Dowling, Fred Arditti u Tommaso Padoa-Schioppa.

Referenzi[editja | immodifika s-sors]

1. Rapport dwar l-Ismijiet tal-Munita Ewropea (PDF)