1. IL-ĦADD (13) Fil-Knisja Arċipretali, fl-4:00p.m. issir Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.
  2. Minn għada t-Tnejn (14) sal-Ħamis se jibdew l-eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd fil-Knisja Arċipretali fis-7.00pm.
  3. IT-TLIETA (15) Se jsir Rużarju u Quddiesa, fil-11:00a.m., fuq l-altar tal-Assunta fil-kor tal-knisja Arċipretali.
  4. L-ERBGĦA (16) se ssir Qudddiesa fil-knisja Arċipretali fid-9:30a.m., li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda.
  5. L-ERBGĦA (16) ser issir Adorazzjoni fl-10.00 am fiċ-Ċentru Sant Andrija.
  6. L-ERBGĦA (16) Se ssir laqgħa għat-Terzjarji u d-devoti tal-Madonna tal-Karmnu, fil-kappella ta’ San Anton Abbati, li tibda fl-4:30pm.
  7. L-ERBGĦA (16) Se ssir laqgħa għall-għarajjes li diġa lestew il-kors ta’ Kana. Il-laqgħa se ssir fiċ-Ċentru Pastorali ta’ Sant’Andrija, fis-7:30p.m.
  8. IL-ĦAMIS (17) fil-Knisja Arċipretali, ikun hemm il-qrar bejn id-9 u l-11am u l-4:30 u s-6:00p.m. bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa.
  9. IL-ĠIMGĦA (18) nagħmlu t-tifkira tad-Duluri. Filgħodu minbarra l-Quddies tas-soltu, fis-7:00am. issir quddiesa fil-kappella ddedikata lid-Duluri fi Triq it-Torri. Filgħaxija fil-knisja Arċipretali ssir Quddiesa fil-5:30p.m. u wara toħroġ il-purċissjoni li se tgħaddi mit-toroq Kbira, Sant Anna, Stivala, Pjazza Oratorju, Ponsomby, Gafa, Kungress Ewkaristiku, għall-Pjazza. Wara l-purċissjoni ssir Quddiesa oħra. Mill-4:30pm. l-quddiem fil-knisja Arċipretali ikun hemm il-qrar.
  10. Mill-ĠIMGĦA (18), jum id-Duluri, sal-Ġimgħa l-Kbira issir il-Ġimgħa ta’ sagrifiċċju. Fil-Knisja ikun hawn kaxxa li fiha nistgħu inpoġġu l-offerti tagħna għas-segretarjat tal-Assistenza Soċjali tal-A.K. B’dawn l-offerti jiġu mgħejjuna persuni u familji fil-bżonn matul is-sena kollha.
  11. IS-SIBT (19) Solenita ta’ San Ġużepp. Filgħodu, il-quddies, fil-knisja Arċipretali ikun bħal matul il-ġimgħa u tiżdied quddiesa oħra fl-10am. Filgħaxija il-Quddies ikun fil-5p.m. u fis-6:30p.m. bil-Liturġija ta’ Ħadd il-Palm.
  12. IL-ĦADD (20) Ħadd il-Palm. Fid-9:00am. tibda l-funzjoni tat-tberik tal-friegħi taż-żebbuġ u l-palm fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu li tkompli b’purċissjoni lejn il-Knisja Arċipretali u fid-9.30am. tibda l-qudddiesa.
  13. Fl-Oratorju Qalb ta’ Ġesu se jittellgħa d-dramm tal-Passjoni nhar is-Sibt (19) fis-6.30pm. u l-Ħadd (20) fis-2.30pm u fis-6:30p.m.
  14. L-ERBGĦA, it-23 ta’ Marzu, Arċisqof Charles J. Scicluna se jmexxi Via Crucis Nazzjonali, li tibda miċ-ċentru tar-Rijabilitazzjoni mill-abbuż mid-Droga f’San Blas Ħaż-Żebbuġ u tintemm quddiem il-kappella tal-Grazzja, li tibda fis-7:30p.m. Se jiġi organizzat trasport li jitlaq mill-pjazza fis-6:30pm. Kull min jixtieq jattendi għandu jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar is-Sibt.
  15. Il-Ġbir li jsir fil-quddies tal-Ħadd li ġej ikun b’risq il-prokura tal-Ġimgħa l-kbira.
  16. Nitolbu għal Claudette Bonello, Marianna Schembri, Emanuel Cachia u Saviour Grech li għaddew għal ħajja ta’ dejjem. Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ…..

Leave a Reply