The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ID-DISA' TAQSIMA


Il-Mithna l-Qadima


Nahsbu li ftit huma l-Mostin li qatt kienu ghaddejjin minn hdejn il-mithna l-qadima ta' fejn ic-cimiterju u qaghdu jahsbu ftit fis-servizz mehtieg, tas-sabar u twil li hadmet din il-mithna ghan-nies tal-Mosta. Huwa tassew li fir-rahal kien hemmm 4 imtiehen ohra, imma l-ebda wahda minnhom ma hi xiha daqs din u ghalhekk ighidula l-qadima.


Il-mithna l-qadima fil-Mosta Il-mithna l-qadima

Din il-mithna llum tinsab fi triq mhix ta' kummerc kbir imma l-qarrej ma jridx jinsa illi sa ma nfethet it-triq il-gdida (Kungress Ewkaristiku) dik kienet it-triq ghal Belt Vallletta u l-mithna kienet l-ewwel dar li kienet tilqa' lil kull min ikun diehel fir-rahal minn dik in-naha.


Fuq il-bieb tan-nofs taghha tidher arma kbira tal-Granmastru Girgor Caraffa (1680-1690) u tahtha salib zghir tal-kavallieri u jerga' tahtu tliet kwadri sbieh tal-hagar li fuqhom hemm imnaqqxa din il-kitba.

GESU NAZZARENU - 1757
I MOSTENSI GODINO QUESTO MOLINO FABRICATO NEL TEMPO DELL'ILL MONSIGNOR COMMISSARIO DON GARSIA.
IL SIGNOR CAPO MASTRO FRANCESCO ZIRAFA DELLA SACRA RELIGIONE GIEROSOLIMITANA FU L'ARCHITETTORE MASTRO NICOLO CAMILLERI DEL SIGGGIEUI FU IL GRAN MURATORE.


Immela l-istorja li taghtina din il-kitba hija li din il-mithna giet imwaqqfa taht l-isem ta' Gesu Nazzarenu fl-1757 ghall-gid tan-nies tal-Mosta fi zmien il-kummissarju l-wisq Illustri Don Garsia. Il-perit li hazza kien Frangisk Zerafa kapumastru fl-Ordni u l-imghallem li bniha kien Mastru Nikol Camilleri mis-Siggiewi.


Milli jidher din il-mithna kienet imwaqqfa mill-Ordni tal-Kavallieri u dak li jkompli jwettaq dan hu illi llum hija tal-Gvern li ha taht idejh kull ma kien fadlilha l-Ordni f'dawn il-gzejjer.


L-imtiehen l-ohra, li saru hafna wara, ma kellhomx anqas ix-xorti li jibqghu jghixu warajha, il ghaliex il-qadima rathom imutu kollha, wahda wara l-ohra, filwaqt li antenni taghha friski daqshiex baqghu dejjem iduru mar-rih. Imma dawn l-ahhar snin, meta bdew jitwaqqfu l-magni godda ghat-thin, il-mithna l-qadima, bhal l-Ordni li taghha ggib l-arma kellha ccedi ir-riedni ghal dawk li gew godda u waqfet mix-xoghol taghha fl-1925, filwaqt li hemm baqghet bhala tifkira l-iktar sabiha ta' l-imghoddi. Ftit wara mbaghad, dak ir-rih li minna kienet ilha tiehu l-bzulija taghha ghal 168 sena ma hamilhiex izjed u fl-1928, f'siegha ta' maltemp qawwi, xehtilha l-antenni taghha ghal isfel, biex halla biss tidher it-tromba sserdek fuq id-dar, xbieha ta' gisem minghajr ruh.


Knisja ta' l-Isperanza


L-isbah u l-ghezez knisja wara tal-parrocca hija dik tal-Madonna ta' l-Isperanza, mibnija tista tghid f'qiegh il-Wied fit-tarf tal-punent tar-rahal, fejn l-id tan-Natura ghogobha tixhet gmiel kbir. Dan il-ghar ta' tahta huwa l-istess ghar ghaziz li l-istoriku Ciantar qal li kien tal-Visitazzjoni tal-Madonna, u li Mons. Dusina semma li kien ikkonsagrat minn 7 isqfijiet1.


Il-kappella tal-Madonna ta' l-Isperanza fil-Mosta Il-kappella tal-Madonna ta' l-Isperanza

Ix-xjuh jghidu li kienu jisimghu ta' qabilhom isemmu li filwaqt li xebba Mostija kienet qeghda ghal xi xoghol il barra mir-rahal, rat gejjin ghal warajha qatta hallelin barbareski. L-imsejkna telqghet girja wahda lejn ir-rahal u l-musulmani wkoll telqu ghal warajha.


Hija u taqsam il-Wied, ghejjiet ghal kollox u kif kienet bezghana li sejrin jilhquha, dahlet f'ghar li kien hemm fil-qrib u li kien kollu mimli bl-ghanqbut, jew hemm minn jghid bit-tursin il-bir2.


Hemm, imwerwra dik ix-xebba talbet lil Madonna u fiha ttamat li ma jsibuhiex, u hekk tehles minn idejn dawk il-hallelin mawmettani.


Meta dawn waslu fil-Wied u ma rawhiex izjed bdew ifittxu biex jaraw fejn inhbiet, u sahansitra taw daqqa t'ghajn fl-ghar fejn kienet imgezza imma qalu Ii hemm ma setghetx dahlet ghax l-ghanqbut ma kienx jidher maqtugh.


Meta raw li ma setghux isibuha, u fl-istess hin bezghanin li n-nies tal-Mosta jigu ghalihom, regghu malajr lura mnejn gew.


Wara li ma stemghax hosshom izjed, ix-xebba harget minn fejn kienet mistohbija, u dak il-hin stess hasset illi kienet il-Madonna li helsitha. Ghalhekk bhala hajr xtaqet ittella' knisja zghira lill-Vergni Marija fuq dak il-ghar stess fejn hasset illi maghha ghamlet xejn anqas minn miraklu.


Jekk inhuwa tassew illi dak il-ghar kien l-ghar ghaziz tal-Vizitazzjoni ta' Marija kieku wiehed jista jara l-ghaliex dik ix-xebba dahlet go fih u ttamat fil-Madonna.


F'dan il-ghar hemm statwa qadima tal-Madonna bil-Bambin, li hi mizmuma b'hafna qima.


Issa nhallu l-ghar u mmorru ghal knisja ta' l-Isperanza li hemm mibnija fuqu.


Din il-knisja saret bil-gbir li beda jsir mid-19 ta' Settembru 1757 u baqa' sejjer ghal hames snin. Ghad li niltaqghu ma dak li gabru bil-kaxxetta fit-toroq tal-Belt, il-bicca l-kbira tal-flus kienu migburin minn fuq in-nies tar-rahal.


Il-knisja bdiet tinbena fit-tieni gimgha ta' Awissu 1760, u tlestiet hdax il xahar wara. Il-prokuratur tal-bini taghha, li ha hsieb li jhallas il-haddiema kollha mill-gbir li sar, kien Gammari Galea3.


Minn barra u minn gewwa l-knisja hija gawrha zghira maghmula fuq disinn dekorattiv. Fil-faccata li hija mzejna bil-pilastri u statwi, jidhru 2 armi wahda bl-isem ta' Marija u l-ohra ta' Fra Bartolomeo Rull, l-Isqof ta' Malta li fi zmienu kienet mibnija.


Dak il-gbir li semmejna juri li n-nies ta' dak iz-zmien kellhom xi qima kbira, jew lejn dak il-post, jew inkella lejn dak li hemm kien gara. Din il-qima ma naqset qatt, u la lejn il-knisja u lanqas lejn il-ghar ghaziz ta' tahtha, il-ghaliex hafna nies sahansitra minn barra mir-rahal, jigu hawn izuru u jaghmlu weghdi lil Madonna tat-Tama4.


Stat tar-rahal


Fl-1772 il-Mosta tant fl-ghad tad-djar kemm ukoll fil-ghadd tan-nies, ghaddiet lill-matrici qadima taghha tan-Naxxar; ghax ir-rahal kellu 535 dar u hawn kienu joqghodu 2126 ruh. Kien hawn 3 qassisin, djaknu, 3 kjerici ma humiex mizzewgin u kjeriku mizzewweg5. Hawn indahlu diskors f'iehor. F'dawk iz-zmienijiet meta wiehed ikun irid jehles mill-gurisdizzjoni tal-Ordni biex kien mehlus mis-servizz tal-gwerra ma kellux jaghmel hag'ohra hlief li jidhol ekklesjastiku, u b'hekk jaqa' taht il-gurisdizzjoni tal-Isqof, fejn ma kienx jista' jindahal il-gvern ta' l-Ordni. Bizzejjed tiehu biss ic-cirka kont tkun maghdud ekklesjastiku, filwaqt illi ma tkunx marbut li ma tistax tizzewweg. Issa nkomplu ghalli konna.


Il-knejjes zghar tar-rahal ghal ahhar tas-seklu XVIII kienu dawn li gejjin6:-

  • Knisja tal-Assunzjoni tal-Madonna, imsejha tal-Busbesija
  • Knisja tal-Koncizzjoni, imsejha ta' l-Andar il-Blat.
  • Knisja ta' San Pawl Appostlu.
  • Knisja ta' Sant'Andrija f'Hal Dmiegh, filjali tal-Mellieha.
  • Knisja ta' San Pawl l-ewwel eremita ta' Wied il-Ghasel, filjali tal-Mellieha.
  • Knisja ta' San Anard.
  • Knisja ta' Sant Anton Abbati.
  • Knisja ta' Santa Margerita.
  • Knisja tal-Visitazzjoni tal-Madonna, imsejha ta' Wejda.
  • Knisja tal-Madonna ta' l-Isperanza.
  • Knisja ta' San Silvestru, fil-kommenda Fiteni7.

Insibu li f'dak is-seklu l-knisja ta' San Pawl Eremit, fil-ghar ta' wied il-ghasel kienet mizmuma b'qima kbira8 mhux biss fir-rahal imma mal-gzira kollha, il-ghaliex niltaqghu sahansitra mal-Granmastru Manwel Pintu bhala benefattur taghha. Fil-15 ta' Jannar 1760 saret quddiesa kantata f'din il-kappella ghaziza biex is-sema joghgbu jibghat kull gid lil dan il-Granmastru9. Kienu jsiru l-festi ta' San Pawl l-eremit kif ukoll tal-Madonna li hemm fil-ghar ta' gewwa. L-ilma li niezel f'dan il-ghar kien mizmum hekk “safi u ta' sahha” illi xi whud mill-Gran Mastri taghna kienu jhobbu jibghatu jiehdu minnu, u kienu jghorruh minn hemm fil-btieti10, bicca xoghol mhix zghira mhabba t-tweghir li hemm biex tinzel u titla.


Biex nuru kemm tassew kien maghruf dan il-ghar, huwa bizzejjed inghidu li f'hafna mill-mappi li gew stampati dak iz-zmien jidher imnizzel magenb il-Mosta dan il-Ghar ta' San Pawl Eremit.


Milli jidher ghall-ahhar tas-seklu tmintax kien hawn tbatija kbira, il ghaliex sahansitra l-Isqof kien gieghel li jsir il-gmiegh ghal foqra. Registru qadim li jinsab fl-arkivju tal-knisja juri illi f'dan ir-rahal il-gmiegh beda jsir f'Ottubru 1771 u baqa' sejjer ghal disa snin wara11.


Konsagrazzjoni tal-Knisja il-Qadima



Il-lapida tal-konsagrazzjoni tal-knisja l-qadima tal-Mosta Il-lapida li tfakkar il-konsagrazzjoni tal-Knisja l-Qadima li llum tinsab fil-kuritur li jghaqqad iz-zewg sagristijiet tar-Rotunda

Forsi l-iktar u l-ghezez festa tal-Mosta fis-seklu 18 kienet il-konsagrazzjoni tal-knisja l-qadima. Din kien ilha mibnija 155 sena minghajr ma kienet ghadha kkonsagrata. Tassew li kienu birkuha, imma filwaqt li t-tberik jista jsir minn ministru t'Alla li jixhet l-ilma mbierek u jitlob, il-konsagrazzjoni ssir biz-zejt imqaddes mill-Isqof, u biha l-bini li jkun, jigi mholli ghal dejjem ghal qima t'Alla. Din ic-cerimonja hekk ghaziza tbieghed il-bini li jkun minn difrejn Satana u taghmlu post fejn it-talb ikun iktar mismugh u milqugh minn Alla.


Il-konsagrazzjoni saret mill-Isqof Pellerano fis-7 t'April 1774 u bhala tifkira ta' din il-festa giet imqgheda fil-faccata tal-knisja lapida kbira u sabiha ta' rham12. Fil-quccata tidher l-arma ta' l-Isqof Pellerano maghquda f'wahda ma dik tal-Gran Mastru Pintu, li fi zmienu Pelleranu kien maghzul Isqof. Imbaghad taht l-arma tnaqqxet din il-kitba li mill-latin ghall-malti ssarraf dan li gej:

LIL ALLA WISQ TAJJEB U KBIR.
TEMPLU GLORJUZ TA' L-IZJED GHOLI ALLA BLA TARF
IKKONSAGRAT GHAL DEJJEM MINN MISSERIJIETNA
LIL BLA EBDA TEBGHA OMM ALLA
LI GIEBET L-EDEN, GENNA HAJJA T'ADAM IL-GDID
SULTANA TAS-SMEWWIET LI DAHLET FIT-TRON KOLLU
KWIEKEB U FIL-KURUNA RJALI,
LI BIEX L-INSARA LI JGHAMMRU HAWN
MA JKUNUX NEQSIN MINN KOLLHA KEMM HUMA
L-MINISTERI MQADDSA
GIE MAGHMUL PARROCCA MINN FR. D. MARTINO ROJAS,
FIS-SENA 1575,
MGHOTI KAPPILLAN GHALIH
MINN FR. D. TUMAS GARGALLO FIT-13 ta' SETTEMBRU 1608.
BIR-RIEDA TA' FR. D. BALDASSARI CAGLIARES
ISQOF TA' MALTA
FIS-SENA 1619
MIBNI MILL-GDID, MAHDUM, MIFTUH
IRRANGAT U MOGHNI IKTAR U ISBAH
BIL-HEGGA TA' HAFNA ISQFIJIET
L-ILL.MU U REV.MU SINJUR FR. D. GWANN PELLERANO
ISQOF TA' MALTA
GHAT-THABRIK TA' D. SALV SAVER BONNICI
RETTUR KURAT TA' L-ISTESS TEMPJU
IKKONSAGRAH BIS-SOLENNITA KOLLHA FIS-7 T'APRIL 1774
QALB IL-FERH KBIR TA' KOLLHA KEMM HUMA N-NIES
U GIEGHEL LI T-TIFKIRA TA' DIN IL –KONSAGRAZZJONI
ISSIR KULL SENA B'FESTA SOLLENNI
FIT-TIENI HADD FUQ L-GHID.


San Pacifiku


San Pacifiku fil-knisja tal-Mosta Il-korp tal-martri li gie msemmi San Pacifiku li jinsab taht it-titular fil-kor.

Dak il-kappillan Dun Salv Saver Bonnici imsemmi fil-lapida li ghadna kif tkellimna minnha, kien habrieki fuq il-habrikin. Fi zmienu barra mill-konsagrazzjoni il-knisja l-qadima kompliet staniet b'gisem shih ta' qaddis.


Dan kien gisem minn dawk li kienu midfunin bhala martri f'Ruma u ghad illi hafna minnhom ma kenux jafu x'kien jisimhom u kif mietu martri kienu jarfuhom tajjeb minn xi gheliem li kienu mhollijin minn barra u minn gewwa l-qabar, bhalma huma xi kelmiet fuq il-qabar, tazza bid-demm li xerred il-martri midfuna mieghu u sinjali ohra.


Lil dawn il-qaddisin il-Knisja kienet tatihom isem ta' xi virtu jew drawwa mqaddsa; u dak li rnexxielha tiehu l-knisja tal-Mosta tawh l-isem ta' San Pacifiku. Fi gwarnic gewwa s-sagristija tinsab din il-kitba li ngibu mil-latin ghal malti:


Ahna F. D. Vincenzu Labini
Kunsulier Regu tal-Gran Kruc ta' l-Ordni Geresolmitan.

Ghall-grazzja t'Alla u tas-Sede Appostolika. Lil kulhadd u lil kull wiehed li jaqra dawn l-ittri taghna nixhdu bla dubju ta' xejn u skont is-sewwa li ahna ghal glorja l-izjed kbira t'Alla li jista kollox u ghall-qima tal-Qaddisin Tieghu qlajna mill-kaxxa ta' l-injam miksija b'karta kkulurita marbuta b'zigarella hamra u ssigillata b'ittri awtentici, b'dokumenti legittimi u b'sigill ta' ncira hamra, l-gisem ta' San Pacifiku Martri, bit-tazza tad-demm, maqlugh qabel mic-Cimiterju ta' Prixilla13 kif inhu maghruf u mwettaq mis-Sagra Kongregazzjoni tal-Indulgenzi u tas-Sagri Relikwi. Wara li zejjinnieh tajjeb u libbisnieh bi lbies ghani qeghdnih gewwa kaxxa kbira ta' l-injam imdawra minn kull naha bil-hgieg u maghluqa tajjeb; u wara li dawwarnieh bis-sigilli taghna bl-incira hamra, tajnieh rigal u hallejnieh bis-setgha li jigi mqiedghed ghal qima publika ta' l-insara fil-knisja parrokjali taht it-titlu tat-Tlugh is-Sema tal-B. Marija Vergni, fir-rahal tal-Mosta14.

B'sinjal ta' twemmin ta' dan gieghlna li jigu mibghuta dawn l-ittri t'issa li huma bhala xhieda b'isimna miktub minn idejna u mwetqin mis-sigill taghna.

Moghti f'Malta fil-Palazza Veskovili taghna tal-Belt Valletta; illum it-30 t'Awissu 1783.
F.V. Isqof ta' Malta
Frangisku Gentili
Segretarju.


Limiti tal-parrocca


Fl-1783 inqalghet kwistjoni li damet sejra ghal 5 snin shah, bejn il-Kappillan tal-Mosta Dun Salv Saverju Bonnici minn naha l'wahda u l-Arcipriet tal-Katidral Dun Xand They u Kappillan tan-Naxxar Dun Gorg Fiteni minn naha l-ohra. Il-Kapillan Bonnici, li kien isarraf daqs tnejn, ippretenda li l-limiti tal-Mosta johorgu iktar barra mid-dawra tar-rahal u sostna li l-mithna tas-Saghjtar, Hal Ripa, Hal-Dimek, ta' Vnezja, il-Busbesija, il-Klejgha, Ghajn Rihana, Burmarrad, iz-Zebbiegh, l-Imgarr, Bingemma, Ghajn Tuffieha sal-bahar kienu kollha jaghmlu mal-Mosta. Biex iwettaq dan, semma x'kien qal il-Vizitatur Dusina, x'kienu jghidu l-istorici u sejjah hafna xhieda minn dawk li joqghodu f'dawk in-nahiet li kienu jaghmlu l-precett, u jidfnu lill-mejtin fil-parrocca tal-Mosta.


Mill-banda l-ohra l-Arcipriet tal-Katidral gieb hafna raguniijiet biex iwaqqa' dak li qal Bonnici, u l-Kappillan tan-Naxxar wera li meta spiccat il-parrocca tal-Mellieha, il-limiti taghha waqghu fuq il-parrocca tan-Naxxar, billi din kienet l-iktar qrib u l-Mosta kienet ghadha mhix parroca ghaliha. Dawn iz-zewg kurati wrew dak li qalu l-istorici, giebu visti pastorali hadu xi tghid ir-Rota, ecc, biex iwaqqghu dak kollu li qal il-Kappillan tal-Mosta. Biex nuru l-qarrej kemm kienet qawwija din il-glieda bizzejjed inghidu li l-kitba ta' l-argumenti li giebu ma dak li qalu x-xhieda fihom biex tghaqqad ktieb shih.


Biex nigbdu fil-qasir inghidu biss illi l-kwistjoni giet maqtugha b'sentenza ta' l-Isqof tat-8 t'Awissu 1787. Skont din is-sentenza l-limiti tal-Mosta ma johorgux il barra minn nofs il-Wied il-Ghasel, Santa Margerita, Dar il-Bajda, it-triq minn nofs is-Saghjtar u ta' Mlit, mit-triq li taqsam il-wied ta' Hal Lija, u tigbed ghal Sqaq Buqa, salib it-toroq, il-Hidira, misrah Kola sa tal-Pog, fejn il-figura ta' S.Gwann Battista ta' Vnezja imbaghad tghaddi mis-Sqaq ta' Vnezja ghall-Andar il-blat, il-giebja jew Ghadira, ghal salib it-toroq, mit-triq li tigbed ghal Wied il-Qleja u tiehu nofs il-Wied minn San Pawl tal-Qleja sal Knisja ta' l-Isperanza.


Din is-sentenza tal-Isqof ma nghogbitx u sar l-appell ghas-Sagra Kongregazzjoni ta' Ruma.


Imma issa huma raw illli l-ispejjez kienu sejrin jikbru sewwa ghalhekk il-Kapillan tal-Mosta gie ghal ftehim mal-Arcipriet tal-Katidral u l-Kappillan tan-Naxxar. Ghalhekk dehru quddiem in-nutar Nazju Saverju Bonavia u ftehmu li joqghodu ghas-sentenza tal-Kurja u li jaqsmu l-ispejjez. Dan il-ftehim gie mnizzel f'atti tas-27 t'Awissu 1787. Wara li spiccat il-korrispondenza ma Ruma, l-isqof bil-konferma tieghu tat-12 ta' Gunju 1788, ghaqqad din il-ferita darba ghal dejjem u hemm minn dakinhar il-parrocca tal-Mosta kellha tghix f'dawk il-limiti wisq zghar, maghfusin bejn il-limiti kbar tan-Naxxar min-naha l-wahda u dawk tal-Katidral minn naha l-ohra15.


Riferenzi

  1. Ara s-Seba' Taqsima: Ghar tal-Vizitazzjoni.
  2. A. Ferrres, Descriziione delle Chiese, p. 472.
  3. Arkivju tal-Knisja, Chiesa della Speranza.
  4. Dan kien li heggeg il-Prokuratur Dun Gwann Fenech li jaghmilha iktar xierqa, l-ghaliex fost hwejjeg ohra fl-1896 kabbar iz-zuntier, fl-1913 irranga ahjar il-ghar u fl-1919 tella' anterna fuq il-koppla.
  5. Malta Illustrata, Lib. I, Not. III, Par. XVII u XVIII.
  6. Malta Illustrata, Lib. III, Not. XIV, par. XXIV, p. 339, 342.
  7. Dawn il-knejjes ghadhom kollha weqfin u mizmumin tajjeb sal-gurnata tallum.
  8. Sac. B. Mifsud, Componimento Storico di S. Publio, Messina (1775), p. 171.
  9. Arkivju tal-Knisja, Libro di Messe, S. Paolo Primo Eremita.
  10. Malta Illustrata, Lib. I, Not. VII, par. XI, p. 245.
  11. Libro Antico delle Festivita, p. 99.
  12. Illum din il-lapida tinsab f'nofs il-kuritur bejn is-sagristijiet tal-knisja l-gdida.
  13. Ic-cimiterju kbir ta' Prixilla ghandu minn zmien l-Appostli u fih gew midfunin papiet, nobbli u martri li hafna minnhom jafu min kienu. Fost il-pitturi prezjuzi hemm l-eqdem xbieha tal-Madonna bil-Bambin
  14. Illum il-gisem ta' dan il-qaddis jinsab fuq l-artal tal-kor taht il-kwadru ewlieni tal-knisja li huwa ta' Santa Marija. Kellu jinzerta li l-gisem ta' dak il-martri kellu jibqa' jistrieh fil-paci qrib xbieha tal-Madonna.
  15. Id-dokumenti jinsabu fl-arkivju parrokkjali tan-Naxxar.