Filmat: Strada Stretta fuq TVM minn Ottubru li ġej

Sharp Shoot Media ħabbret b’entużjażmu drama ġdida bl-isem ta’ Strada Stretta, li ha tibda tidher fuq TVM minn Ottubru li ġej.

Permezz ta’ djarju tal-protagonista Lydia (Taryn Mamo Cefai), li jinstab fi Strada Stretta waqt rinovazzjoni f’bar, l-istorja toħodna lura għall-1957.

Lydia, tfajla nobbli u benestanti, taħrab mid-dar ta’ ommha Marie (Jane Marshall) biex ma tiżżewwiġx lil Guido (Daniel Azzopardi), il-ġuvni li ommha tkun għażlet għaliha. Minflok hija tmur tgħix mal-maħbub tagħha Mario (Ben Camille), sajjied sempliċi.

Iżda l-pjanijiet ta’ Lydia ma jmorrux kif tkun ħolmot hi u din tispiċċa tgħix u taħdem fi Strada Stretta bl-għajnuna ta’ Lilly (Deandra Agius), bar maid simpatika u mimlija entużjażmu għall-ħajja.