Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Mons. Anton Teuma bħala d-Disa’ Isqof tad-Djoċesi ta’ Għawdex

mons-anton-teuma.jpgKtejjeb tal-Quddiesa: booklet-pusses-isqof-anton-teuma.pdf

Titħabbar il-mewt tal-Kan. Anton Mejlak

dun-anton-meilak.jpgIllum, il-Ħamis 23 ta’ April, ingħatat l-aħbar li l-Kan. Anton Mejlak, mill-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, għadu kemm ħalla din l-art biex mar fid-Dar tal-Missier.

Il-Kan Anton Mejlak kien residenti fid-Dar tal-Kleru (Malta).

Il-funeral se jsir għada l-Ġimgħa fiċ-Ċimiterju tan-Nadur.  L-Isqof Mario ħa jkun jassistih waqt id-difna.

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

Skeda tal-għoti tad-demm f’Għawdex - Marzu 2020

ghoti-tad-demm-ghawdex-marzu-2020.jpg

Il-Ħadd 2 ta’ Frar - Jum il-Ħajja: “Ejjew nagħtu d-demm!”

ghoti-tad-demm-f-ghawdex-2-ta-frar-2020.jpg

“Insaħħu fostna l-kultura favur il-ħajja” - Ittra tal-Amministratur Appostoliku l-E.T. Mons.Isqof Mario Grech

 giornata_vita2020.jpg

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja, iċċelebrat kull sena fl-ewwel Ħadd ta’ Frar, Mons. Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex bagħat Ittra lill-Poplu ta’ Alla dwar il-ħidma favur il-ħajja mwettqa minn Dar Ġużeppa Debono.

Aqra minn  hawn il-verżjoni bil-Malti: insahhu-fostna-l-kultura-favur-il-hajja.pdf

English version of Bishop’s Grech Letter:  reinforcing-a-culture-promoting-life.pdf

Titħabbar il-mewt ta’ Mons. Girgor Grech

grech-girgor.jpgIlbieraħ tard filgħaxija, Jum il-Milied, tħabbret il-mewt ta’ Mons. Girgor Grech, saċerdot twajjeb minn Ta’ Kerċem.

Il-funeral ta’ Mons. Grech se jsir nhar is-Sibt, 28 ta’ Diċembru 2019, fil-Parroċċa Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem.
2.30pm: Tluq mill-Isptar Ġenerali

2.45pm: Talb tal-Għasar fis-Santwarju Parrokkjali tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir

3.00pm: Quddiesa tal-funeral mill-Isqof Mario Grech.

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

ARKIVISTA ĠDID GĦALL-KURJA TA’ GĦAWDEX

UFFIĊĊJU KOMUNIKAZZJONI KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa [ST/14/2019]
10 ta’ Novembru 2019

Fl-1 ta’ Novembru 2019, l-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal dun-joseph-attard.jpgGħawdex, ħatar lil DUN JOSEPH ATTARD, mill-Parroċċa ta’ Santa Marija Inkurunata, iż-Żebbuġ, bħala:

•    Arkivista tal-Kurja tal-Isqof, il-Belt Victoria;
•    Librar tal-Librerija Teoloġika tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù;
•    Kollaboratur Parrokkjali fil-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana.

Dun Joseph, li twieled fl-1989 u ġie ordnat saċerdot fl-2016, għadu kemm kiseb il-Liċenzja fil-Beni Kulturali tal-Knisja mill-Università Pontifiċja Gregorjana ta’ Ruma, fejn studja l-Istorja tal-Knisja. Bejn l-2016 u l-2019 hu wettaq ukoll ħidma pastorali bħala saċerdot kollaboratur fil-Parroċċi ta’ San Albertu l-Kbir u ta’ San Girgor il-Kbir, Ruma.

Talba bi tħejjija għall-għażla tal-Isqof il-ġdid tad-Djoċesi ta’ Għawdex

TALBA GĦALL-ISQOFgood-shepherd.jpg

O Alla ta’ kobor u ħniena bla tarf,
li f’Ġesù Kristu, ir-Ragħaj it-Tajjeb,
tajtna xbieha ħajja tal-imħabba tiegħek għalina,
tkun imbierek fl-isqfijiet kollha
li sejjaħt biex imexxu din il-Knisja.

Isma’ t-talba tagħna
għar-Ragħaj il-ġdid li l-ħniena infinita tiegħek se toffrilna:
itfa’ fuqu l-Ispirtu Qaddis tiegħek
biex jista’ jħobb u jmexxi l-Knisja f’Għawdex
skont il-qalb tiegħek ta’ Missier
u jagħraf jisma’ u jifhem ix-xewqat u l-ħtiġijiet
tal-ulied tiegħu kollha.

Agħtih ħlewwa, determinazzjoni u xewqa mħeġġa
li joffri kuljum il-ħajja tiegħu
għall-ġid tal-merħla fdata lilu.
Agħmel li jkun qaddis fl-intenzjonijiet u fl-opri,
bla ma jieqaf mit-talb,
u għaref fid-dixxerniment.

Għin lis-saċerdoti, id-djakni, l-ikkonsagrati
u l-Insara fidili kollha fil-vokazzjoni speċifika tagħhom,
biex jagħrfu fih lil Kristu r-Ragħaj it-Tajjeb
u jobdu bil-ferħ u b’fiduċja sħiħa
l-kliem u l-linji pastorali li int trid tnebbħu bihom.

Dan nitolbuhulek għall-interċessjoni tal-Omm tagħna l-Madonna Ta’ Pinu,
tal-qaddisin Patruni tad-Djoċesi ta’ Għawdex,
u għall-merti ta’ Ġesù Kristu, Ibnek u l-Mulej tagħna.

Ammen.